ŻOMM AĠĠORNAT:

IT-TIBDIL FIL-KLIMA u L-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA


276. Nindirizzaw u nikkoreġu l-fatt li Malta hi l-uniku stat membru tal-UE li mhuwiex jilħaq il-miri fit-tliet oqsmatad-direttiva Climate and Energy 2020 tal-Unjoni Ewropea: it-tnaqqis tal-gassijiet serra, l-użu tal-enerġija alternattiva u l-effiċenzja li din toffri.

277. Innaqqsu l-produzzjoni tas-CO2 fl-oqsma kollha, l-aktar fil-qasam tat-trasport billi ndaħħlu miżuri skont it-Transport Master Plan, billi ninkoraġġixxu lill-pubbliku juża anqas il-karozzi privati.

278. Nintroduċu drittijiet lill-konsumatur marbutin mal-qasam tal-enerġija mix-xemx. Nagħtu kumpens lil min jittella’ bini quddiem il-propjetà tiegħu b’mod li titgħattielhu x-xemx bħala sors ta’ enerġija.

279. Nesploraw immedjatament il- possibbiltà li nadottaw teknoloġija innovattiva biex nipproduċu enerġija mix-xemx f’wiċċ it-toroq tagħna,fil-carparks u fi spazji miftuħin. Dan il-qasam fih potenzjal kbir tassew għaliex jagħtina ċ-ċans nutilizzaw l-ispazji limitati ta’ pajjiżna u x-xemx abbundanti tagħna.

280. Nagħtu inċentivi għall-ħolqien ta’ green roofs li għandhom jagħtu sehem importanti biex innaqqsu l-konsum tal-enerġija fil-propjetajiet tagħna billi nagħtu tax rebates lill-kumpaniji (il-fabbriki, l-uffiċini, il-ħwienet il-kbar, eċċ.) li jadottaw din is-sistema u li jippermettu l-bjut tagħhom jintużaw bħala spazju għar- rikreazzjoni.