ŻOMM AĠĠORNAT:

L-ISKEJJEL TAGĦNA FIL-BAŻI TAL-EDUKAZZJONI u T-TAĦRIĠ


211. Prijorità tagħna tkun li nroddu lura r-rispett lill-edukaturi u lill- professjoni tal-għalliema. Dan nagħmluh billi ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi b’żidiet fis-salarji; nindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-piż tax-xogħol tagħhom; noħolqu opportunitajiet għal ippjanar u parteċipazzjoni f’attivitajiet kollaborattivi u ko- kurrikulari; inżidu l-opportunitajiet għal taħriġ u tagħlim professjonali; nagħtu aktar fondi għal taħriġ professjonali kontinwu, inkluż taħriġ barra minn Malta; inżidu r-riżorsi lit- timijiet psiko-soċjali; inżidu u nsaħħu l-appoġġ amministrattiv; innaqqsu l-piżijiet burokratiċi fit-tmexxija u l-immaniġjar; u nipprovdu riżorsi
għal forom ġodda ta’ tagħlim bħal teaching by doing.

212. Nagħtu appoġġ sħiħ lill-edukaturi f’xogħolhom, u nħallu lill-għalliema jgħallmu. Nintroduċu kodiċi ta’ mġiba tajba għall-istudenti fl-iskejjel; insaħħu l-ħidma tal-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema sabiex isir l-għaqda professjonali għall-għalliema; inwaqqfu l-Istitut għall- Mexxejja fl-Edukazzjoni (prinċipali, surmastrijiet, assistenti surmastrijiet, uffiċjali tal-edukazzjoni u diretturi); u nagħtu aktar awtonomija lill-kulleġġi fl-iskejjel tal-Gvern.

213. Nevitaw tibdil radikali ta’ politika sabiex inġibu stabilità fis-sistema edukattiva. Tibdil fil-politika tal- edukazzjoni jinżamm għal minimu assolut u politika ġdida jew direzzjonijiet ġodda jidħlu biss biex jindirizzaw ħtiġiet reali u skont ir-realtajiet fl-iskola u fil-klassi. Inwaqqfu Kunsill Malti għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni sabiex l-edukaturi kollha jkollhom vuċi reali fit-tfassil ta’ strateġiji u politika nazzjonali dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.

214. Nagħtu lill-iskejjel aktar riżorsi umani billi nħajru għalliema u Learning Support Assistants (LSAs) jirritornaw lura għax-xogħol jew jerġgħu jidħlu fil-qasam tal-edukazzjoni, anke bi skemi ta’ xogħol flessibbli, u b’hekk noħolqu grupp ta’ relief teachers u LSAs.

215. Intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Learning Support Assistants biex nassiguraw li jiġu impjegati biżżejjed LSAs ħalli kull tifel u tifla statemented fl-iskejjel jiġu mogħtija LSA.

216. Insaħħu r-relazzjoni mal-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti biex nagħtuhom l-appoġġ fit-twettiq ta’ ħidmithom u jiġu inklużi fl-inizjattivi nazzjonali kollha, b’rispett sħiħ lejn l-awtonomija u l-indipendenza tagħhom. Flejjes dovuti mill-Gvern lil dawn l-iskejjel jitħallsu fil-ħin.

217. Inneħħu mhux biss iż-żidiet sostanzjali fil-ħlas għall-eżamijiet li kien għamel il-Gvern Laburista fl-2014, iżda saħansitra nneħħu l-ħlas għall- eżamijiet tal-MATSEC. Nikkommettu ruħna li nirrevedu l-proċedura tal- assessjar.

218. Niftħu Visual and Performing Arts School fil-livell sekondarju sabiex nagħtu lil dawk it-tfal b’talent artistiku l-opportunità li jkomplu l-edukazzjoni sekondarja anke billi jikkonċentraw fuq l-iżvilupp tal- potenzjal artistiku tagħhom f’ambjent professjonali u f’qafas formali tal- edukazzjoni.