ŻOMM AĠĠORNAT:

NIMMANIĠjAW IR-RIŻORSI TAGĦNA AĦJAR


266. Nikkonsultaw ma’ dawk kollha interessati biex infasslu qafas għal Politika Nazzjonali dwar l-Ilma, biex tinġabar l-informazzjoni, isir studju u ssir analiżi tas-sitwazzjoni preżenti. Naraw x’tista’ tkun id-domanda u l-provvista għas-snin li ġejjin biex naġġornaw il-Pjan Nazzjonali dwar l-Ilma li għandu jinkludi l-konservazzjoni tal-ilma u t-titjib tal- kwalità tal-ilma fil-gżejjer Maltin.

267. Naqtgħu l-ġenerazzjoni ta’ skart żejjed u l-ineffiċjenzi fl-immaniġjar tal-iskart – ħaġa li kienet qed tiġri taħt il-Gvern Laburista – biex fi żmien ħames snin nilħqu l-obbligi Ewropej u internazzjonali li għandna. Inniedu proċess ta’ konsultazzjoni nazzjonali biex nagħmlu l-aħjar għażliet fil- metodi tar-rimi tal-iskart, inkluża d-deċiżjoni li qed tkun studjata bħalissa dwar kif jingħażel l-iskart ħalli minnu nipproduċu l-enerġija.