ŻOMM AĠĠORNAT:

NINVESTU FL-INDUSTRIJA TAL-FILMS


235. Nibnu Ċentru għall-Films li jiġbor fih il-Malta Film Commission, il-Malta Film Fund, il-Co-Production Fund, u l-faċilitajiet professjonali u anċillari. Dan iċ-ċentru jippromovi t-tkabbir tal-industrija lokali tal-films waqt li jiżviluppa, irawwem u joħloq materjal ta’ kwalità għolja.

236. Niżviluppaw u nimmodernizzaw l-infrastruttura preżenti fl-industrija tal-films, u naraw li sa fl-aħħar isir l-investiment fit-tankijiet tal-ilma u li jinbena sound stage ġdid.

237. Inkabbru l-Malta Film Fund (MFF) għal €2,000,000 u f’dan ikun inkluż il-Co-Production Fund. Naraw li l-proċess kif isiru l-applikazzjonijiet ikun flessibbli u ġust.

238. Inżidu l-inċentiv tal-cash rebate għal 30% (ma’ dan jiżdiedu 2% oħra meta Malta tidher bħala Malta) biex hekk tikber il-kompetittività. Indaħħlu wkoll il-cash rebate fuq is-servizzi tal-post-produzzjoni, biex hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda u ftuħ
ġdid għax-xogħol u għall-investiment.