ŻOMM AĠĠORNAT:

NUŻAW AĦJAR u NTEJBU L-WIRT MIBNI TAGĦNA

 

258. Ninċentivaw lis-sidien ta’ propjetajiet skedati biex ngħinuhom fil-manutenzjoni tagħhom u ninkoraġġuhom biex kull tant żmien jiftħu d-djar tagħhom għall-pubbliku.

259. Ninċentivaw ir-restawr u r-riġenerazzjoni tal-bini storiku u skedat li jinsab fiz-zoni urbani billi nistabbilixxu buffer zones effettivi u permezz ta’ rati preferenzjali meta dan il-bini jinkera għan-negozju bħala ħanut jew bħala bottega artiġjanali jew artistika.

260. Nindirizzaw il-problema ta’ propjetajiet mhux abitati, speċjalment dawk li qegħdin f’zoni urbani għall-konservazzjoni jew f’zoni indentifikati għar-riġenerazzjoni. Nintroduċu inċentivi biex jinstabu soluzzjonijiet fejn il-postijiet jibqgħu battala minħabba kwistjonijiet ta’ wirt u kawżi fil-qrati.