ŻOMM AĠĠORNAT:

STIL TA’ ĦAJJA B’SAĦĦITHA


208. Inniżżlu l-livell tal-obeżità fuq medda ta’ 10 snin għal dak li hu medju fl- Ewropa, b’miri ċari għal kull perjodu. L-obeżità fost il-Maltin qed dejjem tikber. Nafu li l-obeżità tikkaġuna u taggrava ħafna tipi ta’ mard. Nibdew programm nazzjonali bl-involviment tal-partijiet kollha interessati biex nindirizzaw l-obeżità b’mod effettiv.

Dan il-programm ikun ċar u b’miri li jistgħu jintlaħqu, u jkun jinkludi l-iskejjel, il-kunsilli lokali, id-djar tal-anzjani, kif ukoll is-settur privat u dak pubbliku tas-saħħa. L-għan aħħari jkun li nnaqqsu l-piż żejjed u ntejbu s-saħħa tagħna bħala poplu.