ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista tal-Munxar Damien Spiteri u Paul Curmi jilqgħu b’sodisfazzjoni r-riultat tal-votazzjoni li ttieħdet aktar kmieni llum fl-Awtorità tal-Ippjanar dwar id-demmiela, li kienet proposta għall-Munxar.

Il-vot kontra dan il-permess salva r-rovina ta’ dan ir-raħal u għalhekk il-Kunsillieri Nazzjonalisti huma kburin li l-ħidma u l-pressjoni tagħhom tat il-frott mixtieq. Huma rrimarkaw li meta fil-bidunett ta’ din il-kwistjoni kienu bdew jitkellmu fuq dan il-permess u dak propost, kienu ħafna inklul-awtoritajiet li ma tawx kahom jew ippruvaw jimminimizzaw l-importanza tas-suġġett.

Il-Kunsillieri Nazzjonalisti tal-Munxar isostnu li l-argumenti tagħhom kontra d-demmiela kienu msejsa biss fuq il-karbiet tar-residenti tal-lokal u dan il-fatt wassal sabiex il-Munxar spiċċa b’vui waħda fuq din il-kwistjoni.

Il-Kunsillieri Nazzjonalisti jinsabu sodisfatti immens li minkejja li fil-Kunsill Lokali qegħdin f’minoranza kienu strumentali sabiex il-Munxar jibqa’ mal-Munxarin. Huma jirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu spalla ma’ spalla magħhom fuq din il-kwistjoni.

Il-Kunsillieri Lokali Nazzjonalisti jixtiequ jirringrazzjaw ukoll lil diversi residenti u lid- Deputat Chris Said li dalgħodu attendew għas-smigħ tal-applikazzjoni kif ukoll lill-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li abu argumenti kontra din l-applikazzjoni u eventwalment ivvutaw kontra inklu, ir-rapprezentant tal-Oppozizzjoni fuq dan il-bord id- Deputat Marthese Portelli.

Damien Spiteri

Minority Leader

Paul Curmi

Kunsillier

01.11.2018