ŻOMM AĠĠORNAT:

Regolamenti dwar parteċipazzjoni

  

1. ORGANIZZAZZJONI

1.1      Il-konkors isir taħt l-awspiċi tal-Partit Nazzjonalista.

1.2      Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2017 qed jittella' bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-Indipendenza.

1.3      Il-Konkors huwa maqsum f’żewġ kategoriji:

Kantanti Stabbiliti.

Kantanti Godda.

1.3.1   ‘Kantanti Stabbiliti’ huma dawk li ga hadu sehem fis-serati finali tal-Konkorsi Nazzjonali: Kanzunetta Ghal Ewropa, Kanzunetta Maltija, Konkors Kanzunetta Indipendenza, Ghanja tal-Poplu u Junior Eurovision.

1.3.2   ‘Kantanti Godda’ huma dawk li qatt ma hadu sehem fis-serati finali ta’ dawn il-Konkorsi.

 

2. FAŻIJIET

2.1      Fl-ewwel fażi, il-ġurija tisma’ l-kanzunetti kollha (vuci u muzika fuq CDs).

2.1.1   Jintgħażlu:

40 kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti;

20 kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Godda.

2.2      Fit-tieni fażi, il-kanzunetti magħżula jerġgħu jigu interpretati quddiem ġurija, din id-darba b’interpretazzjoni LIVE, (half playback).

2.2.1. Fl-aħħar tat-tieni fażi, jintgħażlu:

20 kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti;

10 kanzunetti fil-kategorija tal-Kantanti Godda.

2.3      Fit-Tielet fazi dawn il-kanzunetti jigu mxandra fuq NET TV fejn jinfetah it-televoting ghall-kanzunetti kollha sal-fazi finali.

 

2.3.1   L-20 kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti jibqghu ghaddejin sas-serata finali.

 

It-tlett kanzunetti li jigu bejn il-21 u t-23 pozizzjoni jikkompetu permezz ta' televoting biss, biex kanzunetta WAHDA tidhol mal-finalisti.

 

L-10 kanzunetti fil-kategorija tal-Kantanti Godda jghaddu minn process ta’ ghazla (televoting u gurija fejn il-voti tat-televoting ikun jghodd daqs membru wiehed tal-gurija) biex sal-31 ta’ Awwissu 2017 jintaghzlu Tliet (3) kanzunetti li jikkompetu fis-serata finali.

 

2.4      Dawn l-erba’ u ghoxrin (24) kanzunetta maghzula, jikkompetu kollha flimkien f’serata finali waqt il-Festi tal-Indipendenza 2017 fejn ir-rebbieha jintghazlu minn gurija, filwaqt li t-televoting jwassal ghal-premju separat tal-Pubbliku.

 

 

3. KOMPOŻITURI – AWTURI

3.1      Il-konkors hu miftuħ għall-kompożituri u awturi ta’ nazzjonalita’ Maltija.

3.2      Il-kompożituri u awturi jagħżlu huma stess il-kantanti għall-kanzunetti tagħhom.

3.3      Kull kompożitur u awtur jista’ jibgħat aktar minn kanzunetta waħda.

3.4      Il-kompozituri u awturi jridu jkunu ghalqu 16 il-sena sal-21 ta' Settembru 2017.

 

 

4. KANTANTI

4.1      Il-kantanti prinċipali magħżula mill-kompożituri u l-awturi jridu jkunu ta’ nazzjonalita’ Maltija.

4.2      Gruppi ta’ kantanti vokali u strumentali, eċċ. jkunu meqjusa bħala kantant/a wieħed/waħda.

  

4.3      Fiz-żewg kategoriji, kantant/a ma j/tistax jissottometti aktar minn Sitt (6) kanzunetti u ma j/tistax j/tinterpreta aktar minn kanzunetta waħda wara t-Tieni Fazi.

4.4.     F’kaz li kantant/a j/tkun abbinat ma’ aktar minn kanzunetta waħda maghzula, tgħaddi awtomatikament dik bl-għola punteġġ.

4.4.1   Il-kompozitur u l-awtur jingħataw l-opportunità li jaghzlu kantanti ohra skont il-kategorija ghall-kanzunetti l-ohra maghzula.

4.5      Il-Kumitat ghandu jigi infurmat fi zmien tlett ijiem b’din id-decizjoni u jirriserva d-dritt li jiggudika ukoll il-kantanti maghzula.

4.6      Kantanti, zeffiena, u backing vocals iridu jkunu ghalqu sittax (16) il-sena sal-21 ta’ Settembru 2017.

 

 

5. KANZUNETTI

5.1      Il-Konkors mhux marbut ma' tema partikolari. Fil-każ li kompożitur u awtur jagħżlu xi tema soċjali, din ma tkunx ikkunsidrata jekk it-tema tkun ta’ politika  partiġġjana jew reliġjuża.

5.2      Il-versi tal-kanzunetti ma jridux ikunu joffendu sentimenti reliġjuzi, politiċi, tar-razza u tas-sess.

5.2.1   Kanzunetta li, fl-opinjoni tal-organizzaturi, ma tkunx konformi ma’ dawn ir-regolamenti tiġi eliminata

5.3      Il-kanzunetti jridu jkunu oriġinali, bl-ilsien Malti, inediti (qatt ma ġew pubblikati jew interpretati fil-pubbliku qabel is-sottomissjoni) u ħielsa minn kull tip ta’ materjal inkriminatorju u li jista’ joffendi.

5.4      Il-kanzunetti jridu jkunu ta’ bejn tliet minuti u tliet minuti u nofs il-waħda.

5.5      Il-mużika tal-kanzunetti trid tkun ipprovduta permezz ta’ pre-recording fuq CD. L-arranġamenti u r-recordings isiru a spejjeż tal-kompożitur u l-awtur.

5.6      L-organizzaturi jżommu d-dritt li jaraw li l-kwalitża tar-recording tkun ta’ livell.

5.7      Waqt is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2017, il-vuċijiet prinċipali jkunu kollha live. Il-backing vocals jistgħu jiġu rrekordjati jew ikantaw live.

5.8      Strumenti mhux se jindaqqu LIVE. Madankollu, jekk ser jintużaw strumenti għall-apparenza biss, l-organizzaturi xorta waħda jridu jkunu infurmati minn qabel.

 

5.9      Il-kanzunetta rebbieħa terġa’ tiġi interpretata fl-aħħar tas-serata tal-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2017 u/jew f’attivitajiet ohra marbuta mal-Festi tal-Indipendenza 2017.

 

 

6. APPLIKAZZJONIJIET

6.1      Kull formola għandha tintuża għal kanzunetta waħda biss. Jistgħu jintużaw fotokopji tal-istess formola f’każ li se jiġu sottomessi aktar minn kanzunetta waħda.

6.2      Ghandu jigi indikat lil ricevitur taht liema kategorija qed tigi sottomessa l-applikazzjoni.

6.3      Għal kull kanzunetta jridu jigu ppreżentati żewġ envelopes (ipprovduti mill-applikant) immarkati fuq barra –

“A” – MATERJAL u n-nome de plume

“B” – FORMOLA u n-nome de plume.

6.4      Fuq ġewwa ta’ envelope “A” irid ikun hemm:

Għaxar (10) kopji tal-versi tal-kanzunetta ttajpjati b’indikazzjoni ta' liema kategorija qed jippartecipa l-kantant/a.

CD b’track one - recording ċar tal-kanzunetta bil-vuċijiet kollha., u track two – recording car tal-muzika biss (backing).

Fuq ic-cd ghandu jkun hemm imnizzel isem il-kanzunetta u n-nom de plume.

6.4.1   Hu importanti li kulma jkun hemm f’dan l-envelope “A” , ikun immarkat bl-isem tal-kanzunetta u bin-nom de plume BISS. Kull tip ta’ sinjal ieħor li jista’ jiddentifika lill-  kompozitur jew lill-awtur jew il-kantant/a jista’ jwassal biex il-kanzunetta tkun eliminata.

6.5      Envelopes “B” jinfetħu biss WARA l-ewwel fazi.

6.5.1. Fuq ġewwa ta’ envelope “B” irid ikun hemm :

  • il-formola tal-applikazzjoni.
  • CD li tinkludi – kopja elettronika tal-lirika,
  • Fuq ic-cd ghandu jkun hemm imnizzel isem il-kanzunetta.
  • Profil qasir bil-Malti tal-kantant/a, tal-kompożitur u tal-awtur li qed jippartecipaw. Dan il-materjal jintuza fil-promozzjoni tal-kanzunetti.          

6.6      Għal kull kanzunetta li tkun sottomessa, irid isir ħlas ta’ ħamsin Ewro (€50.00) u tinħareg irċevuta f’isem in-nom de plume tal-kanzunetta partikulari.

6.7      Il-kanzunetti għandhom jiġu sottomessi bejn is-1pm u sa -7pm ta’ nhar l-Erbgha 9 ta’ Awwissu 2017. Sottomissjonijiet wara d-data tal-eghluq ma jkunux ikkunsidrati.

 

 

7. ĠURIJA

7.1      Għall-ewwel fażi eliminatorja, is-smigħ tal-kanzunetti applikanti ser jinqasam fuq ġranet skont kemm jidħlu applikazzjonijiet u kif jiġi deċiż mill-Kumitat.

7.2      Wara l-ewwel żewg fażijiet eliminatorji l-kantanti jiehdu sehem fil-programm li se jniedi Net TV bħala promozzjoni għall-Konkors fejn jinfetah it-Televoting kif inhu indikat f’regolament 2.4.

7.3      Il-Kanzunetti finalisti jerġgħu jikkompetu bejniethom fis-serata finali quddiem il-pubbliku fejn hemmhekk jgħaddu mill-ġudizzju ta’ ġurija esperta .

7.4      Fis-serata finali jintghazlu r-rebbieha tal-vot tal-pubbliku permezz ta’ Televoting (ara para 2.4 u 8.3)

7.5      Minn din is-sena, il-Kumitat qed jintrabat li fil-gurija

(1)    ma jkunx hemm kantanti taħt is-36 sena magħluqa sal-31 ta’ Marzu 2017;

(2)    ma jkun hemm hadd li hu marbut, direttament jew indirettament, ma’ skola jew taħriġ tal-kant, jew ma’ xi recording studio lokali;

(3)    waqt il-fazi elimatroja ma jistghux jintuzaw mobile phones u li dawn ma jithallawx jiddahhlu fil-post fejn tkun ghaddejja l-fazi eliminitorja.

 7.6     Fil-fazi elimintarja bil-gurija, il-punti ghandhom jinghataw separatament minn ghaxra (10) fuq dawn il-kriterji: lirika, muzika, interpretazzjoni u prezentazzjoni. Il-marka finali tkun dik medja fuq it-total ta’ dawn il-punti.

 

8. PREMJIJIET

8.1      Il-premjijiet jitqassmu kif ġej:

Għall-kanzunetta fl-ewwel (1) post: Trofew u Elf u Mitejn ewro (€1,200.00)

Għall-kanzunetta fit-tieni (2) post: Trofew u Seba’mija u Hamsin ewro (€750.00)

Għall-kanzunetta fit-tielet (3) post: Trofew u Hames mitt ewro (€500.00)

8.2      Jingħata trofew separat f’każ li l-kantanti, l-kompożituri u/jew l-awturi

rebbieħa jkunu differenti.

 

8.3      Jingħata trofew lill-kompożitur, lill-awtur u lill-kantant/a tal-kanzunetta li tirċievi l-akbar ammont ta’ voti fir-riżultat tat-televoting tal-pubbliku.

8.4      Jingħata trofew lill-kompożitur, lill-awtur u lill-kantant/a ta l-ahjar kanzunetta interpretata min Kantant/a gdid/a.

 

 

9. DRITTIJIET

9.1      Id-drittijiet kollha tal-kanzunetti jibqghu tal-kompozituri u l-awturi rispettivi.

9.2.     L-organizzaturi jżommu d-dritt li jaghmlu uzu tal-kanzunetti kompluti li jgħaddu għas-serata finali.

 

 

10. DATI

10.1    Data tal-gheluq ghas-sottomissjonijiet – 9 ta’ Awwissu 2017 sa -7pm.

10.2    L-ewwel eliminatorja -23 ta’ Awwissu 2017 permezz ta’ CD (full playback)

10.3    It-tieni eliminatorja - 30 ta’ Awwissu 2017 permezz ta’ Kantanti Live (half playback)

10.3.1 Kantanti applikanti għandhom iżommu l-ġurnata tat-tieni eliminatorja vojta sabiex ikunu fil-pozizzjoni li jinterpretaw il-kanzunetta taghhom LIVE, u mhux se jingħataw ġranet oħra minbarra din.

10.4    Is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2017 ser issir matul il-festi ta’ l-Indipendenza, f’Settembru 2017.

 

 

11. AFFARIJIET OĦRA

11.1    Waqt li l-organizzaturi jkunu disposti li jikkunsidraw is-suġġerimenti kollha li jsirulhom, iżommu d-dritt illi dawk id-deċiżjonijiet li jittieħdu minnhom dwar l-organizzazzjoni, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-ġurija f’kull fażi tal-konkors, ikunu finali u inappellabbli.

 

11.2    Wara l-Konkors, il-partecipanti kollha jistgħu jiġbru l-materjal tagħhom fuq preżentazzjoni ta’ l-irċevuta sa erba’ ġimgħat wara.

11.3    L-organizzaturi ghandhom jigu infurmati:

a.         Bin-numru ta’ nies li ser ikunu fuq il-palk (dan in-numru għandu jinkludi kantanti, backing vocalists, żeffiena, mużicisti, eċċ.) – dan in-numru m’ghandux ikun ta’ aktar minn sitta (6).

b.         jekk humiex se jintużaw strumenti, props jew effetti ohra.

11.3.1 Din l-informazzjoni trid tasal għand l-organizzaturi sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Settembru 2017

11.4    Sal-gurnata tal-Konkors, kantanti li jkunu qed jiehdu sehem ma jistghux ikantaw il-kanzunetta li qed jiehdu sehem biha fil-pubbliku jew fuq stazzjonijiet tat-TV jekk mhux kif indikat mill-Kumitat.

11.5    Kull fazi tal-Konkors tista' tigi ffilmjata jew jingibdu ritratti mill-organizzaturi ghall-fini ta’ pubblicita'.

11.6.   Waqt is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza mhux se jkunu permessi persuni backstage hlief performers u backstage crew awtorizzat ufficjalment. HADD mhu se jithalla jidhol backstage minghajr pass jew awtorizzjazzjoni necessarja.

11.7    Sottomissjoni ta’ kanzunetti fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2017 jimplika aċċettazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.

 

Kull korrispondenza għandha tkun indirizzata hekk:

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2017

Dar Ċentrali Partit Nazzjonalista

Triq Herbert Ganado,

Tal-Pieta’ PTA 1450

 

Għal aktar informazzjoni staqsu għal:

Sandra Grech

Konkors Kanzunetta Indipendenza.

 

EMAIL: kanzunettaindipendenza@gmail.com