ŻOMM AĠĠORNAT:

L-eksKap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ippreenta mozzjoni fil-Parlament biex jappella mir-ruling tal-Ispeaker Anlu Farrugia, li waqqfu milli jippreenta mistoqsijiet parlamentari fejn talab lill-Prim Ministru jgħid jekk i-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri għandux kontijiet bankarji f’Dubaj u fil-bank Pilatus.

Fil-mozzjoni tiegħu Simon Busuttil qal li din hija il-kwistjoni ta’ jekk i-Chief of Staff tal- Prim Ministru għandux kont bankarju f’Dubaj u fil-bank Pilatus hija kwistjoni dwar l-air ta-Chief of Staff tal-Prim Ministru, u hija ta’ interess pubbliku kbir u ovvju, aktar u aktar meta dawn il-kontijiet bankarji ssemmew waqt l-investigazzjonijiet dwar ħasil ta’ flus minn aenziji pubblii bħall-FIAU u f’investigazzjonijiet internazzjonali bħall-Panama Papers.

Għalhekk meta amm dawn il-mistoqsijiet milli jsiru, l-Ispeaker mar kontra l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u anki kontra l-Kostituzzjoni, li hija mibnija fuq il-prinipji tad- demokrazija u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

Simon Busuttil ied jgħid li bir-ruling tiegħu, l-Ispeaker waqqaf u ċċensura Membru Parliamentari, flok iddefenda id-dritt tiegħu li jagħmel mistoqsijiet li jfittxu t-trasparenza u l- verita’, fl-interess pubbliku. Huwa għalhekk li dan ir-ruling huwa preedent perikolufejn il- ħidma ta’ Membru Parlamentari qed tii limitati b’mod inaċċettabbli f’demokrazija.

Il-mozzjoni issa tii diskussa u mqegħda għal vot fil-Parlament.

Simon Busuttil

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Governanza Tajba

15.03.2018