ŻOMM AĠĠORNAT:

‘Irrid sojetà li jimpurtaha li tħares il-valur tal-ħajja u li li tirrispetta d-dedikazzjoni ta’ dawk il-persuni li jagħtu ħajjithom sabiex jipproteu lill-oħrajn. Ma rridx sojetà fejn xejn mhux xejn.’, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal dan waqt intervista li saritlu fuq Radio 101.

Dr Delia qal li għandu vijoni għal Malta, b’sojetà li jimpurtaha mill-forzi tal-ordni b’rispett lejn il-membri tal-Korp li jissograw ħajjithom biex jgħatu s-sigurtà lin-nies. Il-membri tal- Korp tal-Pulizija flimkien mal-familji tagħhom jagħmlu dan b’dedikazzjoni u sagrifiċċji kbar. Dan billi tera’ tingħata l-istima li jixraq lill-Korp tal-Pulizija u l-forzi kollha tal-ordni fil- pajji.

Adrian Delia qal li jrid sojetà li jimpurtaha mill-ħarsien tas-sigurtà fejn kulħadd ikollu r- rispett lejn xulxin. Dan biex ma jkunx hawn aktar kaijiet fejn tfal u anzjani jibgħu joħoru minn djarhom. Huwa qal li għalhekk irid sojetà li tisma’, tifhem u tagħder u li tagħti l-wens li dawk li huma dgħajfin fis-sojetà.

Dr Delia qal li jrid sojetà li jimpurtaha li toffri r-rispett lejn kulħadd mill-iken wieħed sal- anzjani u l-ħaddiema. Dan f’sojetà li toffri għajxien dienti lil kulħadd u li tħares l-identità tagħha. Huwa qal li l-anzjani għandu jkollhom is-serħan tal-moħħ li wara li jkunu għamlu ħajjithom jaħdmu jkollhom pensjoni li biha jkunu jistgħu jirtiraw b’mod dinjitu. Bl-istess mod il-ħaddiema għandhom jgħixu f’sojetà li jimpurtaha li toffrilhom kundizzjonijiet tax- xogħol tajbin u paga li tagħtihom għajxien dienti.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li filwaqt li Gvern jgħid li l-ekonomija sejra tajjeb, bl-ogħli tal-ħajja u l-inflazzjoni, l-ħaddiema u b’mod spejali l-anzjani mhux qed iħossu s-surplus. Huwa qal li hawn ħaddiema li qed ikollhom jaħdmu ferm aktar minn 40 siegħa fil-imgħa biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja normali. Dan filwaqt li hawn familji li qed ikollhom jgħixu fil- garaxxijiet mingħajr servizzi baii, minħabba li ma jistgħux ilaħħqu mal-ispejjetal-kirjiet.

Dr Delia qal li Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni enerali tal-2013 bil-wegħda li n-nies ikollhom kontijiet irħas tad-dawl u l-ilma ida issa qed joħroġ ċar li qed jisraq lill-familji. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun il-vui ta’ dawn il-famiji jekk il-Gvern mhux lest li jagħti lura dak li qed jisraq mingħand in-nies.

Adrian Delia qal li fil-Kunsill enerali, l-Partit Nazzjonalista wera li qed ikun il-partit tan- nies u jinsab determinat li jibqa’ jkun il-vui tan-nies. Huwa qal li se jibqa’ jiltaqa’ man-nies u stieden lil kulħadd biex jingħaqad miegħu u l-Partit Nazzjonalista biex infasslu futur flimkien.

20.05.2018