ŻOMM AĠĠORNAT:

Is-Solidarijetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) tinnota li fl-AvviLegali dwar il-leave tal-ħaddiema, l-Gvern ma wettaqx id-diskussjoni meħtiea u lanqas ma saret konsultazzjoni serja mal-imsieħba sojali kollha. Wara snin fejn ħaddiema spiċċaw jaħdmu fil-prekarjat minħabba nuqqas ta’ ideat u deijonijiet min-naħa tal-Gvern, spiċċa biex ħalla l-ħaddiema jistennew ħames snin biex ħareb’ideat li jistgħu jħallu riperkussjonijiet fuq min ħaddiem.

In-nuqqas ta’ diskussjoni serja waslet biex il-Malta Chamber of Commerce, l-MEA, l-GRTU u l-MHRA lesti li jibbojkotjaw il-laqgħat fl-Employment Relations Board sakemm is- sitwazzjoni titrana. Dan minkejja li t-tibdil fir-regolamenti tal-leave daħlu fis-seħħ fil-jiem li għaddew.

L-SĦPN tinnota li din is-sitwazzjoni waslet minħabba n-nuqqas ta’ pjan min-naħa tal-Gvern u l-mod kif jibqa’ jgħaddi romblu minn fuq kulħadd mingħajr diskussjoni. L-istqarrijiet li saru fuq dan l-AvviLegali min-naħa ta’ unjins u professjonisti oħra fil-qasam tar- relazzjonijiet industrijali juru bi-ar dan in-nuqqas ta’ pjan min-naħa tal-Gvern. Dan meta s- Soliderjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista issa ilha s-snin tressaq proposti konkreti biex ikun hemm bilanċ ġust bejn il-ħaddiema u min iħaddem.

23.08.2018