ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kulleġġ Kunsillieri Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjoni s-sentenza mogħtija mill- Bord tal-Governanza kontra l-kunsillier indipendenti fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar Joseph Vella. Kollox beda meta fl-ewwel jiem ta’ Awwissu ta’ din is-sena, il-kunsillier Vella kiteb u tkellem b’mod goff fil-konfront tal-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista ta’ San Pawl il- Baħar.

Fis-sentenza tiegħu datata 16 ta’ Ottubru, ida li waslet għand il-Kunsill Lokali fit-23 ta’ Ottubru 2018, il-Bord tal-Governanza sab lill-kunsillier Joseph Vella ħati ta’ ksur tal-Artiklu 24 tal-Kodii tal-Etika tal-Kunsillieri Lokali. Aktar minn hekk, il-Bord iddikjara li l-istess kunsillier Vella “għadu mhux familjari la mal-proeduri u lanqas mal-Kodii ta’ Etika tal- kunsillieri lokali”. Il-Bord tal-Governanza ddikjara wkoll fis-sentenza tiegħu li “l-attitudni ma kienetx waħda kostruttiva mis-Sur Vella”.

Il-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista jsostni li huwa ta’ għajb kbir li kunsillier jinstab ħati li la jaf il-proeduri tal-Kunsill Lokali kif ukoll jii kkundannat li m’huwiex kostruttiv fl-attitudni tiegħu. Bħallikieku din il-kundanna ma kienetx biżżejjed, il-Bord tal- Governanza kompla jikkundanna lis-Sur Vella u ddikjara li “l-istess Kunsillier Joseph Vella fil-komunikazzjonijiet tiegħu ma ammx mal-ogħla livell ta’ rispett lejn il-kollegi tiegħu”.

Fid-dawl ta’ dan kollu, ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar għandhom quddiemhom stampa ara ta’ min qed jonqos mir-rispett lejn il-Kunsill u l-kunsillieri lokali u mhux qed ikun kostruttiv f’dak li jgħid. Ir-residenti tal-lokalità għandhom issa sentenza ta’ kundanna fuq kunsillier indipendenza u li dan f’ħafna okkajonijiet sab l-appogg tal-kunsillieri Laburisti.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista jirringrazzja lis- Sindku u lill-Kunsillieri Nazzjonalisti ta’ San Pawl il-Baħar u jħeġġihom sabiex minkejja t- tfixkil li qed isibu ma’ wiċċhom, ikompli jaħdmu b’determinazzjoni sħiħa b’risq il-poplu kollu tal-lokalità.

02.11.2018