ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kulleġġ Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista jikkundanna l-kummenti tal-President tal-Assojazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava fi tmiem tad-diskors tiegħu waqt il-laqgħa plenarja li saret is-Sibt li għadda.

Fi tmiem l-indirizz tieghu, Mario Fava rrefera għad-diskorsi li saru mir-rappreentanti politii u qal li “diskorsi bħal ma sar llum mhux se jittollerahom darb’oħra”. Dan jista’ jwassal li issa l-politii mhux se jkunu jistgħu jesprimu ruħhom u jindirizzaw lill-Kunsillieri kif jixtiequ u jħossu f’okkajonijiet simili.

Il-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista jsostni li din it-tip ta’ ensura mhix aċċettabbli f’demokrazija u f’pajjili jgħid li hu demokratiku. Filwaqt li jifirħu lill-kelliem tal-Oppoizzjoni Robert Cutajar għad-diskors li għamel fejn ikkritika l-mod kif il-Gvern Laburista qed jittratta l-Kunsilli Lokali u elenka numru ta’ nuqqasijiet gravi li qed jitwettqu b’detriment għall-istess Kunsilli Lokali, ħadd u xejn mhu se jirnexxilu jagħlqilhom ħalqhom.

Huma jħeġġu lil Robert Cutajar sabiex f’isem il-Kunsillieri Lokali tal-PN u f’isem il- Kunsillieri Lokali kollha li jridu l-aħjar għall-Kunsilli Lokali sabiex bla bia’ jkompli jsemmha leħnu f’isimhom. aladarba dak li jkun qed jingħad huwa veritier, ħadd mhu se jwaqqaf lill-Partit Nazzjonalista milli jsemma leħnu.

Huma jħeggu lill-President tal-AKL sabiex jagħmel bħal Robert Cutajar u jsemma’ leħnu sabiex il-Kunsilli Lokali ma jibqgħux jiu umiljati u armati mill-awtorità u l-awtonomija tagħhom kif qed jiri bħalissa mill-Gvern Laburista.

01.11.2018