ŻOMM AĠĠORNAT:

Fl-okkajoni tal-Jum Dinji għall-Persuni b’Diabilità, l-Forum Opportunitajiet Indaqs tal- Partit Nazzjonalista (FOIPN) jixtieq isellem lil dawn il-persuni kif ukoll lill-familji tagħhom u lil dawk li ddedikaw ħajjithom f’ħidma siewja sabiex dawn l-istess persuni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem.

L-FOIPN jixtieq li tkompli titqanqal kuxjenza li l-persuni b’diabilità huma membri tas- sojetà u għalkemm għandhom ħtiijiet differenti, jkomplu jewqu s-sojetà tagħna. F’dan il- jum nagħmlu tajjeb li niffokaw fuq l-abbiltajiet ta’ kulħadd u minflok nitkellmu dwar nuqqasijiet fiii jew intelletwali jkun tajjeb jekk nitkellmu fuq kif kull persuna tista’ tilħaq il-milja tagħha.

Il-Forum Opportunitajiet Indaqs jirrafferma l-impenn tieghu li jkompli jippromwovi d- drittijiet u l-inklujoni tal-persuni b’diabilita’, id f’id mal-vizjoni tal-Partit Nazzjonalista li jkollna sojetà li jimpurtaha. L-FOIPN itemm jghid li s-sojetà kollha għandha tassigura li mien l-esklujoni għadda u għaldaqstant jeħtieli kulħadd jingħata l-opportunitajiet kollha bi dritt.

Graziella Attard Previ

President FOIPN

03.12.2018