ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kulleġġ Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN) jifraħ lil Desiree Vella Brincat, bint l-eks Kunsilliera u Kandidata tal-partit Evelyn Vella Brincat għall-co-option tagħha fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke.

Il-KKLPN jiddeskrivi lil Evelyn bħala xempju ta’ kuraġġ li ma jaqta’ qatt u li kienet dejjem lesta li tgħin lir-residenti tal-lokalità. Bl-istess mod, il-KKLPN jinsab ert li Desiree se sservi u tkompli fuq il-passi ta’ ommha b’entujamu u determinazzjoni.

Il-KKLPN, bħalma jagħmel ma kull Kunsillier ieħor, se jkun spalla ma’ spalla flimkien ma Desiree, sabiex flimkien insemmgħu il-leħen tar-residenti.

Pierre Portelli

President KKLPN

27.09.2018