ŻOMM AĠĠORNAT:

Is-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) turi solidarjetà mal-carers kollha b’mod spejali dawk li jaħdmu f’San Vinenz De Paule kif ukoll fil-kura primarja. Wara laqgħat mal-carers u r-rappreentanti tagħhom, l-SĦPN qed tifhem aħjar is-sagrifiċċji li jagħmlu u t-trattament negattiv li qed isofru minħabba l-fehma politika tagħhom.

L-SĦPN hija infurmata li ħaddiema qrib tal-Partit Laburista jingħataw xogħlijiet komdi fid- day centres filwaqt li carers oħrajn iridu jikkumpensaw għal dawn l-ħaddiema sabiex jipprovdu trattament adegwat lill-pazjenti. Il-carers mhux qed jiu stmati u f’kaijiet qed jispiċċaw demotivati u dan qed iwassal biex inqas nies jagħżlu li jidħlu għal din il- professjoni. Din is-sitwazzjoni bla meritokrazija wasslet sabiex il-Gvern kellu jdur għall- ħaddiema barranin, b’kundizzjonijiet ħżiena, li ma jikkomunikawx bil-Malti u għalhekk carers Maltin ikollhom jitilqu minn idejhom biex jgħinu l-pazjenti huma.

L-SĦPN tistaqsi għalfejn il-ħaddiema barranin m’għandhomx l-istess kundizzjonijiet u jekk din hix deijoni maħsuba biex il-ħaddiema Maltin jispiċċaw b’kundizzjonijiet li jkunu agħar milli għandhom. L-SĦPN tistaqsi wkoll għalfejn il-ħaddiema barranin, li jaħdmu direttament mal-pazjenti mhux qed jingħataw l-istess bonus u jekk din hix manuvra oħra orkestrata biex il-ħaddiema Maltin jitneħħielhom dan il-bonus. L-SĦPN trid li l-gradi kollha tal-carers li jagħmlu l-istess xogħol jitħallsu l-istess.

Sitwazzjonijiet oħra li jinvolvu l-carers hija dik tas-support staff carers f’Għawdex li jaħdmu bħal sħabhom il-Maltin ida ma mhux jingħataw l-istess insurance u allowances. L-SĦPN turi wkoll solidarjetà mal-carers fil-primary health, fejn ħaddiema li għandhom il-mertu jintgħalu għall-Health Center did f’Ħal-Kirkop, intagħżlu fl-uniku customer care section li teisti f’health center dak ta’ Raħal Gdid, li kumbinazzjoni huwa d-distrett tal-Vii Prim Ministru.

L-SĦPN infurmata li normalment l-ewwel postijiet jingħataw lill-carers li dià jaħdmu f’health centers oħra. Għalhekk tistaqsi għalfejn health centers oħrajn m’għandhomx customer care. L-SĦPN trid tara li dawk li għandhom dritt għal promozzjoni f’health center did jingħataw din l-opportunità, filwaqt li l-carers jingħataw it-trattament, paga u kundizzjonijiet li jixriqilhom.

30.05.2018