ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jinnomina membri għall-Kummissjoni Permanenti kontra l-korruzzjoni u l-Awtorita għar-riżorsi u l-ambjent

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia se jinnomina lil John Rizzo bħala membru fuq il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni u lil Janice Chetcuti bhala membru fuq il-bord tal-Awtorita għar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA). Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li n-nomina ta’ dawn iż-żewġ persuni se tkun qed issaħħaħ l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

John Rizzo għandu 61 sena u serva fil-Korp tal-Pulizija għall-39 sena sħaħ bi 12 minnhom bħala Kummissarju tal-Pulizija. Is-sur Rizzo serva wkoll għall-tlett snin bħala Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Tul il-kariera tiegħu fil-Korp tal-Pulizija John Rizzo mexxa bosta każi ta’ investigazzjonijiet kriminali li wasslu sabiex jiġu riżolti bosta każi ta’ portata, fosthom kazi ta’ korruzzjoni b’mod partikolari l-każ ta’ korruzzjoni ta’ ex imħallfin.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni se jinnomina wkoll lil Janice Chetcuti bħala membru fuq il-bord tal-Awtorita tal-Ambjent u ir-Rizorsi. Janice Chetcutii li għandha 40 sena hija avukat u hija gradwata wkoll bħala għalliema kif ukoll fil-business managenment. Dr Chetcuti ilha żmien twil taħdem favur l-ambjent kif wkoll b’risq l-annimali. Hi serviet bħala manager fid-direttorat tal-ħarsien tal-annimali. Preżenatment taħdem fl-uffiċċju tal-Kummissarju għall-ħarsien tal-annimali.

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil John Rizzo u Janice Chetcuti għall-karigi ġodda li se jokkupaw.

 

14/01/2018


Partit innovattiv, Oppożizzjoni serja

Il-Partit Nazzjonalista beda juri li huwa partit innovattiv bi pjan li jhares fit-tul maħsub biex itejjeb il-ħajja ta’ n-nies. Il-PN mhuwiex partit tal-flus jew tal-ħabi, iżda partit tal-qalb u tan-nies. U n-nies jidher li bdew jifhmu l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista u qed jaraw x’hemm wara l-maskra ta’ Muscat. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt Attività Politika bit-tema ‘Partit Pożittiv, Oppożizzjoni b’Saħħitha’ fis-Siġġiewi.

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista qed jibni il-politika tiegħu fuq tliet prinċipji ċari:

•              Il-korruzzjoni trid tinqered u min qed jikser il-liġi irid iħallas ta’ għemilu;

•              Politika li iżżomm il-persuna sħiħa fiċ-ċentru tagħha, b’ħarsa speċjali fuq il-vulnerabbli, il-problemi tal-faqar u s-solitudni;

•              Programm politiku serju li jħares fit-tul lejn il-ġid komuni u il-ġenerazzjonijiet futuri.

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex imdawwar kollu mal-personalità tal-Kap tiegħu. Għall-kuntrarju, huwa qal li l-Partit Nazzjonalista huwa mibni fuq ġabra ta’ nies li lesti jaħdmu flimkien biex jiġġieldu għall-istess valuri ta’ ġid komuni, demokrazija u ta’ libertà.

Partit innovattiv

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Nazzjonailsta qed ikun tassew innovattiv bil-mod kif iħares lejn il-politika fosthom billi jinkludi portafolli ġodda biex iħares il-Governanza t-Tajba, jippjana fit-tul l-infrastruttura tal-pajjiz u biex jaghti wens lill-vulnerabbli bhal dawk li qed isofru minn solitudni u problemi ta’ vizzji u dipendenzi.

VITALS Kawża ta’ Qerq

Huwa qal li l-ebda gvern qatt ma ħaseb għal dan, inqas u inqas il-Gvern ta’ Joseph Muscat. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li f’pajjiżna erġajna wasalna fi żmien fejn irridu nispjegaw lill-barranin li l-Maltin mhux kollha korrotti, u li l-ħaddiema tagħna huma serji u onesti.

Adrian Delia qal li filwaqt li Joseph Muscat jitkellem biss dwar is-surplus, huwa ma jagħtix każ tal-problemi vera li qed jaffaċċjaw in-nies. Il-kirjiet medja għolew minn €250 ghal aktar €700 fix-xahar iżda l-Gvern suppost soċjalista qiegħed kull darba jippostponi l-azzjoni konkreta dwar dan, tenna Adrian Delia.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li hija ironika li l-Gvern qed jagħti l-miljuni ta’ Ewro lill-propretarji mistura tal-VGH meta hemm 63,000 ruħ li qed jistennew l-ewwel appuntament għall-kura. Huwa qal li l-medja tal-istennija issa hija ta’ 250 ġurnata, tmien xhur. Jekk il-Gvern mhuwiex dispost li jgħin lill-persuni meta jkunu l-aktar fil-bżonn, qal Adrian Delia, aħseb u ara kemm se jgħinhom meta ma jkunux.

Joseph Muscat ma jistax ikun kredibbli meta jgħid li d-deal mal-Vitals kien wieħed onest, qal Adrian Delia. Sa Jannar ta’ din is-sena, kompla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-Gvern ta €50 miljun lill-VGH u wara li dawn m’għamlu xejn minn dak li wiegħdu, il-Ministru tas-Saħħa tahom iċ-ċans ibiegħu il-konċessjoni tal-ispatijiet lil min iridu huma.

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jiġġieled biex il-poplu jieħu lura dak li huwa tiegħu u jkollu servizz tas-saħħa li jixraqlu. Huwa semma’ kif din il-ġigħa stess huwa ippreżenta rikors il-Qorti f’isem il-grupp parlamentari sħiħ u qal li se jkompli jieħu l-passi neċessarji sakemm il-Gvern jagħti widen lin-nies.

04.02.2018


Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Christabelle li se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2018

Huwa ta’ pjaċir li l-ewwel stqarrija tiegħi bhala Kelliema għall-Oppożizzjoni fuq il-Kultura, Media u Identità Nazzjonali tkun li nawgura lil Christabelle talli hija se tkun qiegħda tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision f’Lisbona il-Portugal. Zgur li Christabelle se tagħmel gieh lil pajjiżna. F’okkazzjonijiet bħal dawn il-Maltin jingħaqdu wara r-rappreżentant ta’ pajjiżna hekk kif avvenimenti kulturali jistgħu jgħaqqduna.

Irrid nirringrazzja lil kull kantant, mużiċist, żeffien u artist ieħor li pparteċipa f’dan il-konkors. Il-Partit Nazzjonalista japprezza s-sagrifiċċji li jagħmlu l-artisti biex jesprimu u jkabru t-talenti tagħhom u se jkun qiegħed jaħdem biex ikun hemm aktar opportunitajiet għall-artisti Maltin.

Therese Comodini Cachia

Kelliem, Kultura, Media u Identità Nazzjonali

04.02.2018


Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaħtar Kelliema tal-Oppożizzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia llum assenja rwoli ġodda lill-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bħala kelliema tal-Oppożizzjoni f’diversi oqsma.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li wara li beda proċess ta’ ħidma intensiva biex issaħħaħ l-istruttiri tal-Partit Nazzjonalista issa qed iniedi reshuffle li tirrifleti l-mod ġdid ta’ kif se jaħdem fil-Parlament. Dan se jkun qed jirrifletti l-politika ċara tiegħu ta’ partit pożittiv u Oppożizzjoni b’saħħitha. Huwa qal “Nafu fejn irridu mmoru u nafu kif irridu naslu. Se nsahhu l-ġlieda kontra l-korruzjoni imma se nidddedikaw l-istess enerġija biex nindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-familji tagħna  u tal-persuni  vulnerabbli.”

Adrian Delia qal li din ir-reshuffle għandha bħala l-bażi tagħha numru ta’ prinċipji: Din hija Oppożizzjoni u Partit li:

·         tħares bis-serjetà il-Ġid Komuni u l-wirt tal-Ġenerazzjonijiet Futuri bi protezzjoni ċara tal-ħajja umana u inizjattivi ambjentali;

·         tqiegħed liIl-Persuna Umana fiċ-ċentru tal-politika tagħha b’opportunitajiet għall-kulħadd u wens lill-vulnerabbli;

·         għandha Viżjoni Ċara ta’ Ippjanar serju għall-Futur Ekonomiku, Soċjali u Infrastrutturali;

·         Innovazzjoni b’policy areas ġodda li huma kompletament injorati mill-Gvern bħall-ġlieda kontra s-solitudni, saħħa mentali, green initiatives u good governance.

 

Adrian Delia                                                         Kap tal-Oppożizzjoni u Kelliem tal-Ġustiizzja

David Agius                                                          Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma

Robert Arrigo                                                        Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu

Clyde Puli                                                              Segretarju Ġenerali u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Żvilupp Uman u Ħiliet għas-Seklu 21

Robert Cutajar                                                     Whip u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Kunsilli Lokali, Komunitajiet u Fondi Ewropej

Frederick Azzopardi                                            Deputy Whip u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni u Affarijiet Soċjali f’Ghawdex

Karol Aquilina                                                      Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ir-Riformi fis-Servizz Pubbliku, Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi

Jason Azzopardi                                                  Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Green Initiatives

Ivan Bartolo                                                         Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Akkomodazzjoni Soċjali, il-ġlieda Kontra l-Faqar, is-Solitudni u l-Esklużjoni Soċjali

Toni Bezzina                                                        Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Trasport u Infrastruttura

Simon Busuttil                                                     Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Good Governance

Claudette Buttigieg                                             Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar Drittijiet Indaqs, Libertajiet Ċivili u Drittijiet taċ-Ċittadin u Deputy Speaker

Ryan Callus                                                          Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-iSport u l-Ġlieda kontra l-Obeżità

Therese Comodini Cachia                                 Kelliema tal-Oppozizzjoni dwar il-Media u l-Kultura u l-Identità Nazzjonali

Mario de Marco                                   Kelliem tal-Oppozizzjoni dwar il-Finanzi

Kristy Debono                                                      Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni

Maria Deguara                                                     Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar Anzjanità Attiva, Persuni b’Diżabilità u l-Ġlieda kontra d-Dipendenzi u l-Vizzji

Beppe Fenech Adami                                         Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità

Mario Galea                                                         Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa Mentali, d-Dementia, Kura fil-komunità, d-Diabete, u d-Drittijiet tal-Annimali

Karl Gouder                                                          Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali

Claudio Grech                                                      Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja, Solidarjetż Soċjali, Pensjonijiet, Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-Ġuf

Carmelo Mifsud Bonnici                                   Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ

Marthese Portelli                                                  Kelliema tal-Oppozizzjoni dwar Proġetti Kapitali, l-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà

Chris Said                                                              Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex u r-Riforma Kostituzzjonali

Hermann Schiavone                                           Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Djalogu Soċjali, Volontarjat u s-Socjetà Ċivili u l-Kuntatt man-nies

Stephen Spiteri                                     Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa

David Stellini                                                        Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Affarijiet Ewropej u Brexit

Edwin Vassallo                                                    Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Self Employed, Negozji Żgħar, Ko-operattivi, Biedja u Sajd

03.02.2018


Government needs to strengthen the country’s regulatory framework

The Nationalist Party refers to two reports published by the International Monetary Fund: The Staff Report issued under Article IV of the IMF Articles of Agreement and the report entitled “Malta, Selected Issues”.

In its Staff report, the IMF notes that Malta’s economy continued to grow at a fast rate. This growth is largely due to the positive performance of the services industry. The IMF felt the need to call for “sustained efforts” to “safeguard the financial system’s integrity”. In this context the report called for a “robust implementation and effective enforcement of the Anti-Money Laundering framework”.

The Nationalist Party notes that the success registered by the financial services today is the result of the steps taken by successive governments to transform Malta into a financial centre of international repute.

Over the past four years, Malta’s reputation was repeatedly put at risk as a result of actions taken by government Ministers and high officials and by the relevant Authorities apparent inability to effectively deal with suspected cases of abuse.

It is within this context that the IMF felt the need to call on the government to ensure that the country strengthens its regulatory framework. In so doing, the IMF is mirroring the calls made by the Opposition, independent media and civil society over the past months.

The Staff report also notes that government’s financial position has improved buoyed by the positive economic performance and proceeds from IIP. On the latter, the IMF called on government to achieve a positive balance net of IIP proceeds. This call came ironically two days after the Prime Minister pledged to base Malta’s economic future on the IIP programme.

The Opposition has over the past months highlighted the risk of government’s strategy to rely heavily on revenue proceeds from IIP. These proceeds allowed government to camouflage rapid increases in government’s recurrent expenditure. This expenditure was in part driven by reckless increases in the public sector headcount. Contrary to government’s assertions, the additional workers were not recruited in the crucial health and education sectors.

It is very telling there is industrial unrest in both the education and health sectors, industrial action that is a direct result of government’s lack of vision for these sectors. With regards to health, government’s privatisation programme was nothing short of a botched exercise that led to precious wasting of public resources.

In the “Malta Selected Issues Report” the IMF called on government to increase its capital expenditure without putting pressure on public finances. Over the past years, government capital expenditure to GDP ratio was the lowest on record.

The Nationalist Party calls on government to give serious consideration to the points put forward the IMF not least by ensuring that the State’s Authorities truly operate independently from government, government’s recurrent expenditure is kept under control with the resultant savings invested in capital projects.

The Opposition also calls on government to do take all necessary steps to start repairing the damage done to Malta’s reputation. 

Mario de Marco

Spokesperson for Finance

01.02.2018


Korruzzjoni fil-qasam tal-Akkomodazzjoni Soċjali: il-korruzzjoni qed tgħakkes lill-fqir u l-vulnerabbli

L-uffiċjal pubbliku li nqabad jitlob tixħim migħand min qed ifittex akkomodazzjoni soċjali, huwa għalkollox atroċi u kundannabbli. Issa huwa ċar li l-korruzzjoni mhux biss hija immorali iżda hija wkoll taxxa fuq il-fqir u fuq min l-aktar għandu bżonn. L-aġir korrott tal-persuna ta’ fiduċja ta’ Joseph Muscat u Roderick Galdes jifqa’ il-bużżieqa li dan huwa gvern ta’ kuxjenza soċjali.

Din il-persuna ta’ fiduċja pprova jisfrutta għall-gwadann tiegħu sitwazzjoni ta’ faqar u problema ta’ nuqqas ta’ units ta’ akkomadazzjoni soċjali li ħoloq Gvern Laburista stess.Quddiem dan kollu il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qed jibqa’ għalkollx sieket filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qed jiċħad ir-responsabbiltà politika dwar dan il-każ.

Il-Partit Nazzjonalista mhux se jibqa’ sieket quddiem dawn l-inġustizzji.

Ivan Bartolo

Kelliem għall-Faqar u Akkomodazzjoni Soċjali

01.02.2018


Flok l-aqwa fl-Ewropa… Malta fl-agħar post li qatt konna fl-indiċi tad-demokrazija tal-EIU

Minkejja li l-Prim Ministru ħames snin ilu kien qed iwiegħed li Malta kienet se tkun l-aqwa fl-Ewropa, ir-realtà hi li Malta llum qiegħda fl-agħar post li qatt kienet kemm ilu jkun pubblikat l-indiċi tad-demokrazija mill-Economist Intelligence Unit (EIU).

L-EIU għadu kemm ippubblika r-rapport tiegħu u l-indiċi tad-demokrazija għall-pajjiżi kollha madwar id-dinja fl-2017 (paġna 13, ħolqa aktar ’l isfel).

Dan l-agħar post li qatt kellha Malta f’dan l-indiċi hu riżultat tal-attakk fuq il-libertà tal-istampa li qed iseħħ f’Malta mill-Gvern ta’ Joseph Muscat. Fil-fatt, Malta ġiet lura ħafna fil-kejl tal-EIU dwar il-libertà tal-istampa u qiegħda fl-istess livell ta’ pajjiżi bħall-Panama, il-Botswana, ir-Repubblika Domenikana u n-Namibja (paġna 39).

Dan l-indiċi li l-EIU għadu kemm ippubblika għall-2017 juri wkoll li fl-aħħar sena Malta sofriet l-akbar waqgħa minn fost il-pajjiżi Ewropej (paġni 10 u 22). Il-klassifika tad-demokrazija ppubblikata mill-EIU (paġna 5) turi wkoll li, b’din il-waqgħa qawwija, Malta ġiet qrib li tkun klassifikata bħala demokrazija difettuża.

Dak li wassal għal din l-akbar waqgħa u l-agħar post għal Malta hu l-attakk fuq il-libertà tal-istampa. Fil-fatt, Malta hi fost erba’ pajjiżi biss Ewropej li m’għandhomx libertà sħiħa tal-istampa (paġna 51). It-Turkija biss hi agħar minn Malta f’din il-klassifika tal-libertà tal-istampa.

Fir-rapport tiegħu, l-EIU jgħid li Malta sofriet l-akbar waqgħa għall-agħar post li qatt kellha f’dan l-indiċi wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. L-EIU jikkummenta wkoll li f’Malta issa hawn dubji kemm il-Gvern irid jinvestiga delitti sensittivi u dwar jekk il-liġi hix l-istess għal kulħadd.

Il-Partit Nazzjonalista ma jistax ma jurix it-tħassib tiegħu għal din l-agħar waqgħa ta’ pajjiż Ewropew u l-agħar post li qatt kienet fih Malta f’dan l-indiċi u jsejjaħ lill-Gvern biex ma jibqax jipprova jimmanifattura l-miti imma jibda jara r-realtà.

Clyde Puli MP

Segretarju Ġenerali

31.01.2018


L-Oppożizzjoni favur li ssir reviżjoni tal-Fuel Service Stations Policy

L-Oppożizzjoni hija favur li ssir reviżjoni tal-Fuel Service Stations Policy u temmen li l-policy eżistenti tagħti lok għall-abbuż u qed twassal biex tinqered art verġni barra miż-żona tal-iżvilupp għall-bini ta’ fuel service stations ġodda u għar-rilokazzjoni ta’ dawk diġà eżistenti.

L-Oppożizzjoni hija favur ir-rilokazzjoni ta’ fuel service stations eżistenti li jinsabu fil-qalba tal-irħula u l-ibliet tagħna u li qed jikkawżaw inkonvenjent u perikli kbar għar-residenti. Dan huwa proċess li mhux biss għandu jitkompla iżda għandu jiġi mħeġġeġ li jsir mis-settur privat fl-aħjar interess tal-kommunitajiet tagħna.

Għalhekk l-Oppożizzjoni temmen li huwa meħtieġ li bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni tal-policy, b’mod immedjat għandu jitħejja studju li permezz tiegħu jiġi stabbilit in-numru ta' fuel service stations li pajjiżna għandu bżonn u dwar l-istat u s-sit fejn jinsabu dawk diġà eżistenti.

Dan l-istudju huwa meħtieġ mhux biss minħabba n-numru kbir ta’ applikazzjonijiet li jinsabu pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar iżda wkoll fid-dawl tal-fatt li kull ma jmur pajjiżna, bħall-bqija tal-pajjiżi Ewropej, miexi lejn inqas użu ta’ fossil fuels u iktar lejn vetturi li jaħdmu bl-elettriku. Pajjiżi bħal Franza u l-Ingilterra diġà ddikjaraw li sas-sena 2040 il-vetturi kollha f’pajjiżhom għandhom ikunu jaħdmu bl-elettriku. Għalhekk ikun żball kbir li pajjiżna jibqa' jeqred art verġni biex jinbnew fuel service stations meta nafu li l-viżjoni fit-tul f’dan il-qasam huwa l-użu ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku.

L-Oppożizzjoni tisħaq li t-tfassil tal-istudju u r-reviżjoni tal-policy għandhom jinkludu proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, inkluż mal-operaturi f’dan is-settur, mal-Kunsilli Lokali u mal-għaqdiet ambjentali.

L-Oppożizzjoni ser tkun qed tipparteċipa b’mod sħiħ f’dan il-proċess bil-għan li din il-policy titjieb u tkun waħda li tassew tissalvagwardja l-ambjent ta’ pajjiżna.

Karol Aquilina                                                                   Ryan Callus

Kelliem għall-Ambjent                                                       Kelliem għall-Artijiet u l-Ippjanar

31.01.2018


Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jiltaqa’ mal-Ambaxxatur ta’ Spanja għal Malta

Malta u Spanja igawdu minn relazzjoni tajba ħafna bejniethom u ż-żewġ naħat għandhom jaħdmu sabiex din tkompli tissaħħaħ. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa mal-Ambaxxatur ta’ Spanja għal Malta Don José María Pons Irazazábal.

Adrian Delia qal li i Spanja u Malta għandhom sfidi komuni fl-Ewropa u fil-Mediterran u li t-tnejn jistgħu jgħinu lil xulxin sabiex jinstabu soluzzjonijiet tajbin għaċ-ċittadini. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista huwa nteressat li jkompli jiskopri modi ġodda ta’ kollaborazzjoni li jkunu ta’ ġid għaż-żewġ pajjiż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa imħasseb fuq is-sitwazzjoni politika delikata fi Spanja bħalissa iżda esprima l-fiduċja tiegħu li l-affarijiet se jinbidlu għall-aħjar,

Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur Don José Pons irringrazzja lill-Adrian Delia tal-istedina u qal l-Ambaxxata ta’ Spanja kellha dejjem relazzjon tajba ħafna mal-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li Spanja sofriet mill-kriżi finanzjarja tal-2009 iżda qal li kull ma jmur is-sitwazzjoni qed titjieb għal kulħadd.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u mill-Kelliem għall-Affarijiet Ewropej David Stellini.

31.01.2018


Solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu xogħlhom

Il-Partit Nazzjonalista jixtieq juri solidarjetà mal-ħaddiema li għadhom kif tilfu x-xogħol minn mal-kumpanija tal-gaming Betsson. Juri wkoll solidarjetà mal-familji tagħhom.

Jixtieq jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu għal din is-sitwazzjoni ta’ diqa għal kulħadd meta daqstant ħaddiema jitilfu x-xogħol tagħhom f’daqqa.

Għalkemm hemm numru ta’ ħaddiema barranin li tilfu x-xogħol ukoll, dawn illum huma parti mill-ekonomija Maltija għax jieħdu sehem ewlieni fiha, speċjalment bl-infiq li jagħmlu u l-kirjiet li jħallsu.

F’dan il-mument diffiċli għal dawn il-ħaddiema kollha, hu importanti li l-forzi politiċi kollha jaħdmu flimkien biex dan is-settur jibqa’ joffri impjiegi tajbin lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Dan hu settur li nbena fuq is-sisien sodi u l-investiment li ġibed pajjiżna grazzi għall-viżjoni fit-tul tal-Partit Nazzjonalista fil-ħolqien ta’ setturi ġodda u l-bini tal-infrastruttura fiżika, legali u edukattiva għalihom kif ukoll l-atmosfera ekonomika vibranti u kożmopolitana ta’ pajjiżna, speċjalment wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Hu importanti, għalhekk, li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jaħdmu flimkien ħalli dan is-settur jibqa’ sostenibbli għat-tul u jegħleb l-isfidi li jkollu minn żmien għal żmien, fosthom l-isfidi għar-reputazzjoni ta’ Malta.

Il-ħaddiema fil-qasam tal-gaming huma ħaddiema kapaċi u versatili li bis-saħħa tax-xogħol tagħhom l-ekonomija tagħna kibret f’settur li llum hu wieħed mill-akbar kontributuri għat-tkabbir tal-ekonomija tagħna.

Il-Partit Nazzjonalista jittama li ditti oħrajn f’dan il-qasam joffru impjiegi biex jassorbu dan it-telf ta’ impjiegi minn mal-Betsson.

Il-Partit Nazzjonalista lest jagħti kull appoġġ u għajnuna lil dan il-qasam u lill-awtoritajiet biex dan is-settur importanti u s-settur usa’ tal-ekonomija diġitali jibqgħu jissaħħu u joffru impjiegi ta’ kwalità b’pagi tajbin kif għandha bżonn l-ekonomija tagħna.

Il-Partit Nazzjonalista hu kommess li, kif għamel meta kien fil-gvern, pajjiżna jkompli joħloq setturi ekonomiċi ġodda li jagħtu bilanċ u stabilità lill-ekonomija tagħna u joffru lill-ħaddiema tagħna l-aħjar kundizzjonijiet f’setturi mxaqilbin lejn il-futur.

F'dan il-kuntest, il-Partit Nazzjonalista jkompli jisħaq ukoll fuq l-importanza li nħarsu u ntejbu r-reputazzjoni ta' pajjiżna ħalli Malta tibqa' tkun minn ta' quddiem fl-għażla ta' investituri barranin.

Kristy Debono

Kelliema għall-Gaming, Servizzi Finanzjarji, u IT

29.01.2018