ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Partit Nazzjonalista jiċħad kategorigament li jinsab fis-sitwazzjoni finanzjarja prekarja kif intqal illum fil-ġurnal MaltaToday.

Il-Partit Nazzjonalista jiċħad kategorigament li jinsab fis-sitwazzjoni finanzjarja prekarja kif intqal illum fil-ġurnal MaltaToday. Minkejja l-isfidi għal iżjed riżorsi, hija finzjoni li l-fondi tal-Partit Nazzjonalista se jwasslu biss sa l-aħħar ta’ Jannar.

Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna din l-ispin li qed jagħti l-Partit Laburista fil-mezzi tax-xandir tiegħu sabiex jipprova jiddistabbilizza l-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju li qed jimxi fuqu l-PN u li bih qed iġib il-finanzi tal-Partit fuq saqajhom.

L-amministrazzjoni l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista se tonora l-pjan ta’ ristrutturar li nbeda fis-snin li għaddew u li jaħseb sabiex numru ristrett ta’ propjetajiet jiġu sfruttati kummerċjalment. Kuntrarju ta’ dak li ntqal fil-ħarġa tal-ġurnal MaltaToday, mhux minnu li l-każin tan-Naxxar se jinbiegħ kif ġie allegat.

Il-Partit Laburista issa ilu jipprova jimmina r-riżorsi tal-Partit Nazzjonalista biex mingħalih jgħatti l-kollass tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna. Dan għaliex il-Partit Laburista jrid li f’Malta jkun hawn partit wieħed biss biex imexxi mingħajr skrutiju tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista. B’hekk qed jipprova jiddistabilizza lill-Partit Nazzjonalista b’kull mod, anke billi jivvinta sitwazzjoni dwar il-finanzi tal-PN li mhix minnha.

Minflok, Joseph Muscat għandu jiddikjara kemm qed jagħti flejjes publiċi lil tal-qalba. Joseph Muscat għandu jgħid kemm qed jonfoq eluf ta’ Ewro f’reklami u kif dawn qed jitqassmu bejn media favurita tiegħu li taqdieh mill-koxxa u l-media veru indipendenti. 

Il-Partit Nazzjonalista jserraħ ras il-poplu Malti li l-finanzi tal-partit huma taħt kontrol u li l-Partit Laburista mhux se jirnexxielu jgħalaq ħalq l-Oppożizzjoni billi jiddistabilizza r-riżorsi tagħna. L-assi tal-Partit Nazzjonalista jisbqu l-obbligi finanzjarji u dan grazzi għall-għaqal li kellhom l-amministrazzjonijiet passati tal-partit u mhux billi ttieħdu propjetajiet publiċi b’valur li jaqbżu l-€10 miljun bħalma hu l-każ ta’ l-Australia Hall li Gvern Laburista irregala lill-Partit Laburista.

Fl-10 ta’ Diċembu l-PN se jkun qed jorganizza l-maratona anwali ta’ ġbir ta’ fondi, din id-darba bit-tema, ‘Jien lest li Ngħin’ u jħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha ta’ rieda tajba li jridu jaraw Oppożizzjoni b’saħħitha biex jikkontribwixxu. 

22.11.2017

Share

Il-Partit Nazzjonalista jfakkkar l-International Transgender Day of Remembrance

Il-Partit Nazzjonalista llum qiegħed ifakkar Transgender Day of Remembrance (TDOR) li hija dik il-ġurnata li tfakkar il-memorja ta' dawk it-transgenders kollha li inqatlu vjolentement kagun ta’ mibegħda u intolleranza lejn l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. 

Il-Partit jikkundanna kull forma ta’ vjolenza u diskriminazzjoni. Għaldaqstant il-bandiera ta’ Malta fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pietà ser tkun mtella’ mezz’asta bħala sinjal ta’ luttu u turija ta’ rispett u solidarjetà. 

Il-Partit Nazzjonalista jiddikjara li jrid ikun strumentali biex jgħin persuni transgender li qed ibgħatu minhabba kull forma ta’ diskriminazzjoni, bullying u abbuż fiżiku jew psikoloġiku. 

Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi li minkejja li mxejna ’l quddiem, għad hawn ħafna nuqqas ta’ informazzjoni dwarpersuni transgenders. Il-Partit Nazzjonalista jemmen illi l-edukazzjoni hija l-aqwa arma sabiex niġġieldu din il-misinformazzjoni li twassal għal mibegħda u l-intolleranza. 

Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jsostni li hemm ħtieġa ta’ kampanja edukattiva fuq skala nazzjonali sabiex dan jsehh. Il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ diversi pożizzjonijiet li ħa matul dawn l-aħħar snin, u permezz tal-Forum Opportunitajiet Indaqs fi ħdanu, diġà wera li tassew jemmen fid-dritt, fir-rispett u fl-ugwaljanza ta’ kull persuna fis-soċjetà, inklużi trans, u jrid ikompli jaħdem bis-sħiħ biex jagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawn in-nies, u dan għandu jkun rifless fil-kurrikulum u fis-sillabi, speċjalment fil-lezzjonijiet tal-PSCD. Għandha tingħata enfasi għall-ugwaljanza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-iskejjel.

Fost oħrajn, l-iskejjel għandhom b’responsabbiltà u fl-eta idoneja jorganizzaw attivitajiet fejn temi ta’ diversità fl-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali tiegħu kunu mressqa. Dan għandu jgħin sabiex jitqajjem għarfien kemm mal-istudenti kif ukoll mal-għalliema u ħaddiema oħra fl-iskejjel. 

Illum il-Partit Nazzjonalista mhux biss qed ifakkar din il-ġurnata importanti għall-persuni li jinsabu fi gruppi ta’ minoranza, iżda qed jistedenhom biex iwasslu il-proposti tagħhom lill-Partit Nazzjonalista  sabiex flimkien nkunu nistgħu ntejbu il-kwalità tal-ħajja tagħkom. 

Permezz tat-tifkira tal-ġurnata Transgender Remembrance Day, il-Partit Nazzjonalista qed jsostni l-pożizzjoni u l-prinċipji tiegħu, li jpoġġi lill-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni, fiċ-ċentru tal-politika tiegħu, u jrid iwassal messaġġ ċar u qawwi li l-ħajja ta’ kull persuna hija ugwali.

Aqra iktar
Share

Theddid fuq l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola

Il-Partit Nazzjonalista juri s-solidarjetà tiegħu u jikkundanna mingħajr riżerva it-theddid inaċċettabbli li sar fuq l-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola.

Il-Partit Nazzjonalista isejjaħ minnufih lill-Kummissarju tal-Pulizija biex b’mod immedjat jinvestiga dan il-każ u jressaq il-persuna responsabbli l-Qorti.

19.11.2017

 

Share

Joseph Muscat jinjora l-problema ta’ sigurtà’ f’pajjiżna

Hekk kif pajjiżna hawn problema kbira ta’ sigurtà’, li kull ma jmur qed dejjem tiżdied, il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jinjora dan kompletament. Waqt intervista li saritlu dalgħodu Joseph Muscat tkellem fuq kollox għajr is-sigurtà f’pajjiżna.

Dan meta ir-residenti tal-Marsa u San Pawl Baħar, fost l-oħrajn, ġo darhom stess huma mħassbin kontinwament minħabba in-nuqqas ta’ sigurtà.

Joseph Muscat ma tkellem xejn lanqas dwar il-fatt li l-omiċidji f’pajjiżna saru xi ħaġa li sfortunament indrat.

Il-Partit Nazzjonalista se jagħmel dak kollu meħtieġ mil-oppożizzjoni biex pajjiżna jerġa' jsir pajjiż sikur.

19.11.2017

Share

Kummenti inaċċettabbli mill-Ministru Ian Borg

Waqt il-programm Xarabank Ministru ewlieni tal-Gvern Ian Borg għamel argument u ta' x'jifhem li ġaladarba l-maġġoranza għażlet Gvern, is-saltna tad-dritt tiġi sekondarja.

Dan il-kumment inaċċettabbli minn Ministru ewlieni tal-Gvern juri l-mentalita fi ħdan l-esponenti tal-Gvern li jaħsbu li huma l-fuq mil-liġi.

Il-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq li s-saltna tad-dritt tiġi sekondarja għal dan il-Gvern. Waqt Xarabank il-Ministru Ian Borg ikkonferma dan. Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex jara li f'pajjiżna terġa' tirrenja is-saltna tad-dritt.

Share

David Agius u Robert Arrigo Eletti Viċi-Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista

David Agius ġie elett Viċ-Kap tal-Affarijiet Parlamentari u Robert Arrigo ġie elett Viċi-Kap tal-Affarijiet tal-Partit wara li saret elezzjoni fost it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista is-Sibt 18 ta’ Novembru 2017.

Matul din l-elezzjoni ġew mitfugħa 92.1% tal-voti eleġibbli minn fost it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista. Minn fost 10758 voti mitfugħa għall-kariga ta’ Viċi-Kap tal-Affarijiet Parlamentari, David Agius irċieva 5737 voti, Edwin Vassallo irċieva 4908 voti, filwaqt li 140 vot kienu invalidi. Għall-kariga ta’ Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Partit, Robert Arrigo rċieva 9168 voti, Toni Bezzina rċieva 1476 voti, filwaqt li 141 kienu invalidi.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lil Edwin Vassallo u lil Toni Bezzina li kkontestaw ukoll din l-elezzjoni biex ikunu ta’ servizz għat-tisħiħ tal-Partit Nazzjonailsta.

Share

Il-Partit Nazzjonalista jesprimi il-kondoljanżi tiegħu għat-telfa ta’ Joe Attard.

Il-Partit Nazzjonalista jesprimi il-kondoljanżi tiegħu mal-familja ta’ Joe Attard li tilef ħajtu aktar kmieni illum.

Is-sur Attard se jibqa’ mfakkar għas-snin twal li qatta bħala sindku tal-lokal taż-Żejtun u għall-imħabba li kellu lejn l-istess lokalita’.

 

Robert Cutajar

Kelliem għall-Kunsilli Lokali

Partit Nazzjonalista

Share

Żmien kritiku li jitlob li l-partiti politiċi jaħdmu flimkien

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jilqa’ delegazzjoni mill-Alternattiva Demokratika

Il-partiti politiċi għandhom l-obbligu li jaħdmu flimkien fl-interess tar-reputazzjoni ta’ Malta, speċjalment b’dak li għaddej minnu pajjiżna llum. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa ma’ delegazzjoni mill-Alternattiva Demokratika mmexxija minn Carmel Cacopardo.

Adrian Delia qal li f’dan il-mument kritiku huwa mportanti aktar minn qatt qabel li l-partiti politiċi jħabbtu l-ideat tagħhom għall-ġid tan-nies. Huwa tenna li permezz tad-differenzi ta’ bejniethom il-partiti politiċi għandhom l-abbiltà li jirrapreżentaw id-diversità sħiħa tal-poplu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjoanlista qal li huwa ta’ pjaċir għalih li jżomm djalogu mal-Alternattiva Demokratika li jwassal għall-bidla f’pajjiżna li hemm bżonn.

Min-naħa tegħu iċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li bħalissa pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni li tirrekjedi skambju kontinwu bejn il-partiti politiċi. Huwa qal li bħalissa hawn klima li qed tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta filwaqt li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna qiegħdin jiddgħajfu. Carmel Cacopardo sostna li issa sar urġenti li titlaqqa’ il-Konvenzjoni għar-riforma fil-Kostituzzjoni.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-Affarijiet Parlamentari Mario de Marco, mis-Segretarju Ġenerali Rosette Thake, u mill-Kap tal-Uffiċju Edward Mizzi.

17.11.2017

Share

Robert Abela qed iħossu is-surplus!

€580,000 f’konsulenza taħt Gvern Laburista

 

Domanda parlamentari li saret mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, ikkomfermat li s-surplus li tant jiftaħar bih il-Gvern Laburista mhux qed jasal għand il-poplu Malti u Għawdxi kollu. 

 

Żgur iżda li s-surplus qed jasal għand id-deputat Laburista Robert Abela li taħt dan il-Gvern ħa aktar minn €580,000 f’konsulenzi. L-istess deputat Robert Abela jattendi wkoll għal-laqgħat tal-kabinett tal-Gvern. 

 

Jidher wkoll li ma’ dawn il-konsulenzi wieħed jrid jżid konsulenzi li Abela jieħu minn Transport Malta. Dan filwaqt li mhux magħruf jekk l-istess deputat Robert Abela huwiex qed jieħu wkoll eluf ta’ Ewro f’konsulenzi mill-Enemalta, dan għaliex fuq domanda Parlamentari tal-istess Jason Azzopardi, il-Gvern uża l-iskuża li l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali biex ma tkunx magħrufa il-verità dwar il-konsulenżi li qed jirċievi d-deputat Laburista Robert Abela. 

 

Verament Gvern tad-double standards.

 

17.11.2017

Share

Il-Partit Nazzjonalista b’viżjoni mġedda għall-Kunsilli Lokali

Sal-aħħar ta’ Jannar li ġej, Il-Partit Nazzjonalista se jkun ħejja proposti konkreti u fattibbli biex iwasslu għar-riforma fil-qasam tal-Kunsilli Lokali. Dan qalu l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Kunsilli Lokali Robert Cutajar waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Robert Cutajar qal li l-proposti tal-Partit Nazzjonalista se jkunu qed jittrattaw diversi temi mportanti, fosthom: l-irwol tal-Kuunsilli Lokali fil-qasam soċjali fi ħdan il-komunitajiet; prattiċi aktar effiċjenti u inqas burokratiċi fl-operat ta' kuljum tal-Kunsilli Lokali; l-iżvilupp tar-responsabilitajiet tal-Kumitati tar- Reġjuni; l-infurzar tal-liġijiet fil-lokalitajiet b'aċċenn fuq l-ambjent; il-mod ta' kif tinħadem l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Lokali; u il-Vot 16.

Robert Curtajar qal li l-Partit Nazzjonalista għadu innovattiv fejn jidħlu il-Kunssilli Lokali, bħalma kien 25 sena ilu meta introduċiehom f’pajjiżna. Huwa qal li t-timeframe għall-preżentazzjoni ta’ proposti ġodda sar bi qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

Il-Kelliem għall-Kunsilli Lokali qal li d-dokument finali se jkun mibni fuq l-esperjenza u s-sehem tal-Kunsilliera Lokali. Għal dan il-għan, qal Robert Cutajar, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza konferenza fejn il-Kunsilliera Lokali kollha huma mistiedna jiddiskutu ideat dwar diversi temi relatati. Huwa qal li l-Konferenza se tkun nhar is-Sibt 2 ta’ Diċembru fil-Lukanda The Palace, f'Tas- Sliema. 

Is-segretarju tal-Kulleġġ tal-Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista, Pierre Portelli spjega li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jippjana wkoll inizjattivi intiżi li jappoġġjaw ix-xogħol tal-Kunsilliera Lokali.

Il-Partit Nazzjonalista se jibda joffri taħriġ għall-Kunsilliera Lokali flimkien ma’ kandidati prospettivi sabiex dawn ikunu preparati aħjar għal dak li ġġib magħha responsabilità fi ħdan il-Kunsilli Lokali, qal Pierre Portelli. Huwa qal li dan il-proċess ser ikun qed jigi kkordinat mill-istess fergħa tal-Partit Nazzjonalista li tirraprezenta l-Kunsilliera Lokali kollha ta' Malta u Għawdex.

17.11.2017

Share