ŻOMM AĠĠORNAT:

In-negozji żgħar u medji huma verament is-sinsla tal-ekonomija Maltija. Huwa għalhekk li qegħdin nipproponu biex innaqqsu t-taxxa għal negozji żgħar u medji, min jaħdem għal rasu, kif ukoll għall-impjegati li jaqilgħu sa €20,000. Din hija proposta tanġibli u li se twassal għal aktar flus fil-but.

Innaqqsu l-income tax bands għall- ħaddiema li jaqilgħu sa €20,000 Innaqqsu l-income tax fuq xogħol part-time għal 10% Innaqqsu l-income tax għas-self employed u negozji zgħar għal 10% Inneħħu t-taxxa tas-sisa li daħħal Joseph Muscat Inżidu l-kapital ta’ garanziji mill-Malta Development Bank Innaqqsu t-taxxa fuq profitti ri-investiti Noffru eżenzjoni ta' taxxa għal negozji innovattivi