ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kummissjoni Ewropea ħaret twissija serja fil-konfront ta’ pajjina f’dak li għandu x’jaqsam is-supervijoni tas-settur bankarju, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam il-ħasil ta’ flus.

Din hija turija ara li l-ħsara lir-reputazzjoni tas-settur tas-servizz finanzjarju qed iibha b’idejh il-Gvern Laburista u mhux l-Oppoizzjoni kif regolarment jippruvaw jagħtu x’jifhmu l-Prim Ministru Joseph Muscat u sħabu.

Fl-istqarrija tagħha il-Kummissjoni Ewropea qalet ar u tond li Malta qed turi nuqqasijiet serji fejn jidħol il-mod ta’ kif issir il-valutazzjoni tar-riskji tal-ħasil ta’ flus, il-monitoraġġ, is- supervijoni, kif ukoll il-ħila, li meta jii identifikat xi nuqqas jittieħdu l-proeduri meħtiea, inklusanzjonijiet.

Dan it-tip ta’ rapport huwa ta’ għajb għall-pajjina u ertament mhux denju ta’ urisdizzjoni ta’ kwalità fis-settur tas-servizz finanzjarji.

Din hija kundanna oħra li tidied mal-lista twila ta’ episodji li din is-sena biss komplew itappnu r-reputazzjoni ta’ pajjina fis-settur finanzjarju. Fosthom:

  • Id-deijoni tal-aenzija ta’ credit rating Standard & Poor’s tiddikjara li qed tara ieda fir-riskji tar-reputazzjoni u r-riskji fl-operat tas-settur bankarju.

  • Standard & Poor’s twettqet ukoll downgrade fil-poizzjoni tal-Bank of Valletta.

  • Rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea li kkonkluda li l-Financial Intelligence

    Analysis Unit (FIAU) kisret id-direttiva dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus.

  • Rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea li sabet raunijiet ta’ tħassib notevoli dwar il- prattii tal-MFSA fil-qadi ta’ dmirijiet ta’ awtorizzazzjoni u supervijoni min-naħa

    tagħha.

  • It-tneħħija tal-lienzja tal-bank Pilatus sentejn tard

  • Is-saga sħiħa tal-bank Satabank

    Il-Partit Nazzjonalista qed jera’ jappella lil Gvern sabiex iwarrab l-interessi personali u jieħu azzjoni llum qabel għada u jieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea biex jigura li nissalvagwardjaw dan is-settur tant importanti għall-ekonomija u l-jobs ta’ pajjina.

    Mario de Marco

    Kelliem tal-Oppozizzjoni dwar il-Finanzi

    Kristy Debono

    Kelliema tal-Oppoizzjoni dwar l-Ekonomija, s-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni

    08.11.2018