ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad fis-sogħba għall-mewt tal-Professur Anlu Psaila li miet illum fl-età ta’ 81 sena.

Il-Prof. Psaila jibqa’ magħruf għall-edukazzjoni medika, kemm fil-livell ta’ studji universitarji fejn għallem kif ukoll għas-sehem tiegħu biex l-għarfien mediku jgħaddi għand kulħadd permezz tal-midja.

Waqt li fil-mediina hu spejalizza fil-kura tal-qalb, hu kellu interessi varji fosthom fl-isport, spejalment fil-futbol u t-tenis.

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-Prof. Psaila u lil dawk kollha li kienu qribu.

Stephen Spiteri

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa

04.09.2018