Aħna nafu li l-PN bħalissa għandu l-aqwa proposti li jolqtu lil kull settur tal-poplu Malti. Il-proposti ħerġin u qed jiġu spjegati sew u b'mod ċar. Imma qed jiġri li fix-xandir nazzjonali dawn qajla qed jissemmew, ovvjament apposta biex jieħdu l-vantaġġ dawk tal-gvern tal-lejber. Allura dawn qed jissemmew biss fuq in-Net TV u Net FM, fejn jisimgħuhom kważi tista' tgħid in-Nazzjonalisti biss. Kif jgħid il-Malti: qed nippriedkaw lil dawk li diġà ikkonvertew! M'hemmx triq oħra ħlief li, b'xi mod jew ieħor l-Oppożizzjoni tidħol bis-sewwa jew bid-dnewwa fil-PBS biex ix-xandir ikun tassew 'fair'. U dan qabel il-kampanja elettorali, għax imbagħad ikun tard wisq, kif ġara fl-elezzjonijiet ta' qabel. Għax imbagħad, min ma jkunx sema' bihom qabel, jaħsibhom li huma bluff ta' kampanja elettorali.