Nixtieq nissuġġerixxi li jsir marketing aktar b'saħħti u effettiv tal-proposti li l-PN qiegħed iħabbar minn jum għall-ieħor. Dan il-marketing suppost ilu li beda. Fl-opinjoni tiegħi s'issa li qed isir mhux biżżejjed. U dan qed jirrifletti fis-surveys li qed isiru. Hemm bżonn li jiġi ġġenerat għarfien nazzjonali ta' x'qiegħed isarraf il-PN illum. Dnub li qiegħda ssir tant ħidma tajba, tmexxija eċċellenti, proposti fattibbli u prattiċi, u li jolqtu kull qasam tal-poplu Malti, imma mbagħad, f'dak li hu marketing il-PN qiegħed tant batut. Biex tagħqad, hemm il-problema tal-PBS li mhux qed jagħti spazju lill-PN. Hemm bżonn li jsir investiment fil-marketing biex jintlaħqu l-maġġoranza tan-nies hemm barra.