Inħoss li huwa importanti li l-ħin allokat għall-programmi politiċi jittawwal speċjalment meta nafu kemm qegħdin fi żvantaġġ mal-Partit Laburista li qiegħed jinfluwenza l-aħbarijiet tal-istazzjon 'nazzjonali' favur tiegħu. Per eżempju, il-Programm: Kuntatt jista' jittawwal imqar b'nofs siegħa oħra biex għallinqas jittieħdu aktar telefonati mingħand dawk li jċemplu, u mhux jitħallew barra mill-programm, kif qed jiġri spiss. Dawn ikunu iddiżappuntati ferm meta, wara li jkunu ilhom jistennew minħabba l-ħafna telefonati li jkun hemm, jispiċċaw barra mill-programm. Rigward il-programm Feedback, dan tajjeb li kieku jkompli wara l-aħbarijiet appuntu fuq temi politiċi li jkunu għadhom kemm ġew imħabbra fl-aħbarijiet stess. Anki hawn, it-telefonati li jidħlu jkunu jistgħu jinstemgħu kollha jekk jitwal il-ħin ta' dan il-programm.