Nixtieq nipproponi proposta lilkom bħala Partit Nazzjonalista. Naħseb li llum il-ġurnata fis-sena 2021 wasal iż-żmien li jkun hawn sptar tal-annimali nazzjonali li joffri servizzi għal kull min ikollu bżonn jieħu l-pets tiegħu għal kura. Dan jista jibda milli parti mill-ispejjeż ikunu koperti b' kumpens mill-Gvern u l quddiem jasal biex l-ispejjeż kollha jkunu covered mill-Gvern. Dan qed ngħidu għaliex l-ispejjeż jafu jkunu kbar biex owners ta' pets jmorru għand-veterinarju privati u fuq kollox dawk li għandhom il-pets iħallsu taxxi wkoll. Fl-opinjoni tieghi din il-proposta hija importanti wkoll jekk iridu ntejbu l-ambjent tagħna għaliex b'hekk nies li forsi xtaqu jsiru pet owners imma baqgħu lura minħabba problemi ta' flus; issa jaħsbuha mod ieħor. Apparti minn hekk jitnaqqas il-piż minn fuq ix-xelters tal-annimali. B'din il-proposta nistgħu nnaqqsu wkoll l-problema ta' abbandun tal-annimali u/jew annimali jiġru fit-toroq abbandunati. Napprezza l-ħin tiegħkom biex taqraw dan il-messaġġ. Nittama li din il-proposta tittieħed inkonsiderazzjoni u grazzi mill-ġdid.