Problema kbira f'pajjizna hija li meta tmur bil-vettura privata tieghek tasal u ma ssibx fejn tipparkja. Problema ohra 'lli hija attribwita minn hekk ukoll hija li it-toroq jifgaw habba l-volum kbir ta' karozzi pparkjati li jrendu problema qawwija sabiex il-vetturi li jkunu mexjin isibu li t-toroq komdi ghas-sewqan u dan specjalment jekk it-toroq ikunu qed jintuzaw b'direzzjonijiet opposti. U xi nghidu ix-xarabanks u vetturi kbar li jsibu t-toroq hekk u jridu jikkwartjaw u ma missu ma' xejn.... Soluzzjoni sostenibbli hija li jsiru karużelli ta' pparkjar b'xejn madwar il pajjiz kollu u niffrankaw hafna hela ta spazju bla bzonn u it-toroq jitnaddfu minn hafna vettura wieqfa. Il-Karużell huwa disinn kompatt għall-ipparkjar tal-vetturi vertikalment 'il fuq mill-art, vetturi li jduru bħal Ferris wheel u kollha f'disinn irqiq. Il-Karużell jirrikjedi biss iż-żona ta' żewġ spazji ta' parkeġġ, biex is-sistema tkun kompatta ħafna u tiffranka spazju prezzjuż. Il-vetturi jidħlu u joħorġu mil-livell tal-art u sid il-vettura jaghti l-istruzzjoni fuq screen minghajr intervent ta' parker u t-turntable idawwar il-vettura skont il-bzonn u f'inqas hin taccessa il-vettura bla inkonvenjet ta' xejn biex wara tihoda lura. Idejalment dawn l-istrutturi jistghu isiru f'hafna zoni vicin l-iskejjel, hwienet u centri essenzali bhal dak tas-sahha u aktar. L-ispazju f'pajjizna huwa ta' importanza kbira kif nuzawh u dan huwa wiehed essenzjali li jista' jsolvi hafna ugieh ta' ras ghal kullhadd.