ŻOMM AĠĠORNAT:
Jgħalqu n-nominazzjonijiet għall-Karigi fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista
Wara li matul din il-ġimgħa kienu qed jintlaqgħu n-nomini għall-Karigi fi ħdan il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake rċiviet dawn in-nomini:
· Clyde Puli għal Segretarju Ġenerali;
· Mark Anthony Sammut għal President tal-Kumitat Eżekuttiv;
· David Stellini għal President tal-Kunsill Amministrattiv;
· David Camilleri għal Teżorier:
· Roselyn Borg għal Segretarju Internazzjonali.
Il-ħatriet għall-Karigi se ssir waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv nhar il-Ħamis 23 ta’ Novembru.
17.11.2017