ŻOMM AĠĠORNAT:
Is-soċjalisti li jridu li Malta jkollha status ta' tax haven. Il-Partit Nazzjonalista kontra.
Is-soċjalisti Ewropej li l-Partit Laburista Malti jifforma parti minnu, jridu li Malta tingħata status ta' tax haven. Filwaqt li bejn il-partiti politiċi f'Malta hawn qbil li Malta mhix tax haven, jidher li s-Soċjalisti Ewropej qed jinsistu fit-talba tagħhom.
Mhux l-istess jista’ jingħad għall-Partit Popolari Ewropew (EPP) il-grupp politiku ewropew li tiegħu l-Partit Nazzjonalista jifforma parti. Dan għaliex it-talba qed issir biss mis-soċjalisti Ewropej.
Jekk tgħaddi tas-Soċjalisti Ewropej l-ekonomija ta’ Malta tieħu daqqa l-isfel u flimkien magħha l-għixien tal-familji Maltin.
Il-Partit Nazzjonalista ilu għal snin jgħid li Malta mhux tax haven u minkejja diversi attentanti fil-passat dejjem ikkonvinċa li dan mhux il-każ.
Il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-ewroparlamentari tiegħu David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, mill-oppożizzjoni qed jirnexxielu jikkonvinċi. Malta mhux tax haven.
David Stellini Roselyn Borg Knight
Kelliem għall-affarjiet Ewropej Segretarju Internazzjonali PN
12.08.201