ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Partit Nazzjonalista se jressaq emenda għall-mozzjoni dwar il-Park Majjistral
F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista illejla, ġie maqbul li fid-diskussjoni Parlamentari ta’ nhar it-Tnejn li ġej dwar il-mozzjoni tal-Park tal-Majistral titressaq is-segwenti emenda.
L-Onor. David Agius MP, l-Onor Robert Arrigo u l-Onor Robert Cutajar jipproponu li:
Jitneħħa l-kliem minn – “Nosservaw li Artiklu 55(1)...” sal-kliem “... taċ-ċittadini ta’ kull eta”.
U minflok daħħal dan li ġej....
“Għaldaqstant qed jiġi mitlub li din il-kamra taqbel li peress li ma kienx hemm qbil min-naħa tal-bord maħtur mill-istess Gvern li kien jinkludi n-Nature Trust, Gaia Foundation u Din l-Art Ħelwa u li dawn unanimament taw il-parir tagħhom kontra l-estensjoni taż-żieda fil-ħinijiet, din il-Kamra qed taqbel li tinfetaħ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha nteressati ħalli tinstab soluzzjoni mal-partijiet kollha kkonċernati.”
Il-Partit Nazzjonalista jistieden lill-Gvern biex jaqbel ma din l-emenda biex tkun tista’ tintlaħaq soluzzjoni aċċettabbli.
16.12.2017