ŻOMM AĠĠORNAT:
In-nies mhux jemmnu li l-awtoritajiet qed jieħdu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni bis-serjetà
Nofs il-poplu Malti m’għandhux is-serħan tal-moħħ li l-awtoritajiet u l-pulizija qegħdin jiġġieldu l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Il-Partit Nazzjonalista huwa ippreokuppat bir-riżultat fqir li ġabet Malta fl-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea illi juri dan b’mod ċar.
Il-Partit Nazzjonalista jinnota b’dispjaċir li Malta hija waħda mill-uniċi 5 pajjiżi li kellhom tnaqqis f’dawn iż-żewģ oqsma. Fl-aħħar sentejn biss, il-fiduċja fl-awtoritajiet biex jiġġieldu l-korruzzjoni waqgħet b’6% filwaqt li l-fiduċja biex dawn jikkumbattu l-ħasil tal-flus niżlet b’5%. Fiż-żewġ każi pajjiżna kien it-tieni l-aktar li mar lura minn fost il-pajjiżi kollha. Dan filwaqt li l-medja tat-28 membru tal-Unjoni Ewropea irreģistraw titjib.
Il-Partit Nazzjonalista jinsab imħasseb li l-poplu qed jitlef l-fiducja fl-istituzzjonijiet tal-pajjiz li jridu jipproteġuh. Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex ma jħallix lill-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jkomplu jitnawwru.
Beppe Fenech Adami Jason Azzopardi
Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-intern Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-ġustizzja
19.12.2017