ŻOMM AĠĠORNAT:
Korruzzjoni fil-qasam tal-Akkomodazzjoni Soċjali: il-korruzzjoni qed tgħakkes lill-fqir u l-vulnerabbli
L-uffiċjal pubbliku li nqabad jitlob tixħim migħand min qed ifittex akkomodazzjoni soċjali, huwa għalkollox atroċi u kundannabbli. Issa huwa ċar li l-korruzzjoni mhux biss hija immorali iżda hija wkoll taxxa fuq il-fqir u fuq min l-aktar għandu bżonn. L-aġir korrott tal-persuna ta’ fiduċja ta’ Joseph Muscat u Roderick Galdes jifqa’ il-bużżieqa li dan huwa gvern ta’ kuxjenza soċjali.
Din il-persuna ta’ fiduċja pprova jisfrutta għall-gwadann tiegħu sitwazzjoni ta’ faqar u problema ta’ nuqqas ta’ units ta’ akkomadazzjoni soċjali li ħoloq Gvern Laburista stess.Quddiem dan kollu il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qed jibqa’ għalkollx sieket filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qed jiċħad ir-responsabbiltà politika dwar dan il-każ.
Il-Partit Nazzjonalista mhux se jibqa’ sieket quddiem dawn l-inġustizzji.
Ivan Bartolo
Kelliem għall-Faqar u Akkomodazzjoni Soċjali
01.02.2018