ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaħtar Kelliema tal-Oppożizzjoni
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia llum assenja rwoli ġodda lill-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bħala kelliema tal-Oppożizzjoni f’diversi oqsma.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li wara li beda proċess ta’ ħidma intensiva biex issaħħaħ l-istruttiri tal-Partit Nazzjonalista issa qed iniedi reshuffle li tirrifleti l-mod ġdid ta’ kif se jaħdem fil-Parlament. Dan se jkun qed jirrifletti l-politika ċara tiegħu ta’ partit pożittiv u Oppożizzjoni b’saħħitha. Huwa qal “Nafu fejn irridu mmoru u nafu kif irridu naslu. Se nsahhu l-ġlieda kontra l-korruzjoni imma se nidddedikaw l-istess enerġija biex nindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-familji tagħna u tal-persuni vulnerabbli.”
Adrian Delia qal li din ir-reshuffle għandha bħala l-bażi tagħha numru ta’ prinċipji: Din hija Oppożizzjoni u Partit li:
· tħares bis-serjetà il-Ġid Komuni u l-wirt tal-Ġenerazzjonijiet Futuri bi protezzjoni ċara tal-ħajja umana u inizjattivi ambjentali;
· tqiegħed liIl-Persuna Umana fiċ-ċentru tal-politika tagħha b’opportunitajiet għall-kulħadd u wens lill-vulnerabbli;
· għandha Viżjoni Ċara ta’ Ippjanar serju għall-Futur Ekonomiku, Soċjali u Infrastrutturali;
· Innovazzjoni b’policy areas ġodda li huma kompletament injorati mill-Gvern bħall-ġlieda kontra s-solitudni, saħħa mentali, green initiatives u good governance.
Adrian Delia Kap tal-Oppożizzjoni u Kelliem tal-Ġustiizzja
David Agius Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma
Robert Arrigo Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu
Clyde Puli Segretarju Ġenerali u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Żvilupp Uman u Ħiliet għas-Seklu 21
Robert Cutajar Whip u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Kunsilli Lokali, Komunitajiet u Fondi Ewropej
Frederick Azzopardi Deputy Whip u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni u Affarijiet Soċjali f’Ghawdex
Karol Aquilina Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ir-Riformi fis-Servizz Pubbliku, Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi
Jason Azzopardi Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Green Initiatives
Ivan Bartolo Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Akkomodazzjoni Soċjali, il-ġlieda Kontra l-Faqar, is-Solitudni u l-Esklużjoni Soċjali
Toni Bezzina Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Trasport u Infrastruttura
Simon Busuttil Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Good Governance
Claudette Buttigieg Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar Drittijiet Indaqs, Libertajiet Ċivili u Drittijiet taċ-Ċittadin u Deputy Speaker
Ryan Callus Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-iSport u l-Ġlieda kontra l-Obeżità
Therese Comodini Cachia Kelliema tal-Oppozizzjoni dwar il-Media u l-Kultura u l-Identità Nazzjonali
Mario de Marco Kelliem tal-Oppozizzjoni dwar il-Finanzi
Kristy Debono Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni
Maria Deguara Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar Anzjanità Attiva, Persuni b’Diżabilità u l-Ġlieda kontra d-Dipendenzi u l-Vizzji
Beppe Fenech Adami Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità
Mario Galea Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa Mentali, d-Dementia, Kura fil-komunità, d-Diabete, u d-Drittijiet tal-Annimali
Karl Gouder Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali
Claudio Grech Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja, Solidarjetż Soċjali, Pensjonijiet, Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-Ġuf
Carmelo Mifsud Bonnici Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Marthese Portelli Kelliema tal-Oppozizzjoni dwar Proġetti Kapitali, l-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà
Chris Said Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex u r-Riforma Kostituzzjonali
Hermann Schiavone Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Djalogu Soċjali, Volontarjat u s-Socjetà Ċivili u l-Kuntatt man-nies
Stephen Spiteri Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa
David Stellini Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Affarijiet Ewropej u Brexit
Edwin Vassallo Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Self Employed, Negozji Żgħar, Ko-operattivi, Biedja u Sajd
03.02.2018