Illum (22.11.2021) qed infakkru mument ieħor iswed mill-avvenimenti koroh tat-tmeninijiet. Qed infakkru l-40 sena anniversarju mill-ġrajjiet ta' swat u tfigħ ta' gass tad-dmugħ lill-partitarji Nazzjonalisti fil-każin ta' Ħaż-Żebbuġ.

Dan kien waqt ieħor fis-sensiela ta' vjolenza kerha tat-tmenijiet li fost l-oħrajn kienet tinkludi l-ħruq tat-Times, it-tkissir tal-Kurja, it-tkissir tad-dar tal-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami, il-konfrontazzjoni mill-pulizija Laburista f'Tal-Barrani, is-swat u l-qtil ta' Nardu Debono fid-Depot tal-Pulizija, il-qtil traġiku ta' ħuna Raymond Caruana u l-attentat ta' frame-up ta' Pietru Pawl Busuttil għal dan il-qtil.

Dan kien waqt ieħor li wera x'jiġri meta jkollok gvern Laburista li jhedded il-libertà u d-demokrazija, gvern Laburista li jnawwar u jikkontrolla l-istituzzjonijiet li suppost qed jipproteġuna, gvern Laburista li juża l-vjolenza biex jilħaq l-għanijiet malinni tiegħu.

Dawn iż-żminijiet koroh ħafna fl-istorja ta' pajjiżna ma nistgħux ninsewhom, nostruhom jew ninjorawhom, inkella b'xi mod nerġgħu ngħixuhom.

 

David Agius

About

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament. Kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq it-8 u l-11 Distrett.