Rigward l-Ambjent, ghandi dawn is-suggerimenti li jista jatwa gvern nazzjonalista gdid. A.) Alotments: Sfortunatament, aktar m'hu jghaddi z-zmien, aktar nies qed jigu kostretti jghixu fil-kwantita ta' apartamenti zghar li bnew u mhux f'residenzi b'xi gnejna maghhom. B'dana kollu, hawn hafna nies jixtiequ li ghandhom daqsxejn ta' gnejna fejn jghaddu zmien ikabbru ftit hxejjex u ma jistghux. Hawn hafna art tal-gvern mitluqa kemm fil-kampanja kif ukoll vicin xi rhula li jistghu jigu zvilupati f'ghelieqi zghar. Siti shah jistghu jigu mnadfa u mizjuda b'hamrija tajba. Dawn imbaghad jistghu jinqasmu f'ghelieqi zghar, bejn wiehed u iehor 4 metri b'6 metri, imdawrin b'fence b'stakes tal-injam kif hemm l-Ingilterra, jew b'hitan tas-sejjieh, jissejhu 'Alotments', fejn wiehed ikun jista jikri b'renta zghira kull sena minghand il-gvern ghal per ezempju kull 4 snin. Meta jkun hemm talba qawwija, dawn ghandhom jinghataw b'xi polza. Hekk hafna art mitluqa tigi msebha u fl-istess hin, jinghata sfogg lin-nies ghad-delizju ta' gnien li ma jistax ikollhom. Dawn is-siti ghandhom jigu immanigjati sew mill-gvern biex hadd ma jabbuza u jibdew telghin xi kmamar fihom b'mod abbuzziv. B) L-ilma Bahar. Din hija rizorsa li pajjizna huwa mdawwar biha bl-abundanza. Ezempju wiehed li nistghu nuzawh b'mod abbundanti huwa billi nuzawh flok ilma helu u tajjeb ghat-toilets taghna. Ghandhom jinghataw incentivi partikolarment lill-lukandi biex dawn ikollhom sistema li jintuza bahar flok ilma tajjeb ghat-toilets taghhom. Ma jaghmel l-ebda sens li intellew il-bahar, nipprocessawh bir-riverse osmosis li jiswa hafna flus, biex imbaghad nergghu narmuh fid-drenagg. Anzi nissuggerixxi li anke bini gdid u anke djar ezistenti ghandhom ikollhom l-istess facilita'. Veru li l-investiment inizjali jiswa l-flus imma, in the long term, zgur li l-pajjiz jigwadanja hafna billi nibzghu ghall-ilma helu u prezzjuz. C) Energy Harvesting Walkways. Ftit taz-zmien ilu, kont qed naqra artiklu interessanti fuq l-energija nadifa fejn giet zviluppata teknologija fejn fi bliet kbar u fejn jimxu hafna nies, qed jigu nstallati bhal speci ta' madum ma l-art fejn meta wiehed jirfsu, jiggenera energija bid-daqqa tal-pass u din qed tigi uzata biex jinxtelu d-dwal. Sar progett simili gewwa Heathrow. Immaginaw li kieku hawn Malta, naghmlu xi haga simili fid-dahla tal-Belt Kapitali taghna fejn jidhlu eluf ta' nies kuljum u noholqu l-energija b'kull pass ta' sieq li jghaddu minn hemm kuljum. D) Il-Process Eletorali. Hawnhekk nixtieq naghmel appell lit-tmexxija tal-partit fejn jidhol il-process eletorali u biex joqghodu b'sebgha ghajnejn ghal corrupt practices li jistghu isiru waqt l-elezzjoni. Fl-elezjoni li ghaddiet, kien nstemmghu hafna kazi fejn rekord qawwi ta' nies li marru jivvutaw qalu li ma jafux jaqraw u jiktbu. Din ix-xniegha kont insejtha, imma proprju il-gimgha l-ohra f'programm fuq ir-radju tal-partit, ftit qabel is-6.00pm, cemplet mara fejn jekk m'iniex nizbalja kien hemm Dr. Perici Calascione, fejn din irrakuntat kaz fejn din meta marret tivvota sabet il-bieb tal-kamra maghluq ghax kien hemm xi hadd li ma jafx jikteb. Skond din il-mara, meta nfetah il-bieb, ohrog il-ghageb, tohrog mara li kienet taf u li din kienet ghalliema. Dan zgur huwa abbuz serju u korrott. Ovjament, jekk il-partit fil-gvern iwieghed li jtik 'job', xi pjecir iehor jew xi 'fridge' (Ghax dawn l-affarijiet issemmghu) dawn biex iserhu rashom li serqulek il-vot, ser igeghlu l'dak li jkun jghid li ma jafx jikteb biex l-ufficjal tal-partit li jkun fil-kamra jkun zgur li l-vot mar ghand il-labour. Fic-cirkostanzi il-PN ghandu jaghti struzjonijiet lill-agenti tieghu li jkunu prezenti ukoll fil-kamra biex jiehdu nota ta' min jghid li ma jafx jikteb u jaqra u jindaga wara jekk hux veru jew le. Anzi nghid li l-PN din il-kwistjoni ghandu jaghmilha pubblika minn qabel biex min behsiebu jipprova jaghmel xi mahmugata bhal din jahsibha darbtejn ghax jaf li ser ikun moniterjat. Nittama li kont ta' ftit ghajnuna.