Meta gejt biex niehu l-penzjoni tal-gvern, lili kienu qaluli li ma nistghax niehu l-penzjoni kollha minhabba li kelli penzjoni privata. Jien hallast il-bolla tul hajti minghajr ma qatt kelli nieqes. Ghandi kollhox imhallas. Bhali hawn hafna min ghandu penzjoni privata wkoll, ta fejn kont nahdem. Ma nifhimx ghalfejn isiru riklami min kumpaniji biex taghmel penzjoni privata biex meta tasal ghal waqt jitfghulek bomba u jghidulek li parti biss mil-penzjoni tal-gvern intitolat ghalih! Nissugerixxi li l-ligi (jekk vera tezisti) tigi emendata biex dawk li jhallsu ghal penzjoni privata kif ukoll tal-gvern permezz tal-bolla, jiehdu dak li jkun haqqhom. Barra min hekk il-bolla bhal hadd iehor tkun hallasta u s-sagrificcju biex ikollhok penzjoni itjeb u tghix ahjar int tkun ghamilta. Ma narahiex sew li certu nies, ex ministri jiehdu aktar min penzjoni wahda u jiehdu anke tal-gvern u ahna rridu nitkarrbu ghax jiehdulna parti mil-penzjoni taghna.