Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

Nibqgħu midjuna lejn l-anzjani tagħna għal dejjem.

Kienu huma li għamlu minn Malta l-pajjiż li hu llum bis-sagrifiċċji u l-ħidma kollha tagħhom. Ħaqqhom kull rispett, sostenn u għajnuna possibbli, biex filwaqt li nibqgħu nagħtuhom valur u dinjità, noffrulhom wens b’responsabbiltà u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom ukoll.

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt