Appell lill-Gvern biex jestendi l-iskema tat-traħħis tat-taxxa u l-boll fuq ix-xiri u l-bejgħ tal-propjetá

 

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern sabiex jestendi b'xi xhur l-iskema tat-traħħis tat-taxxa u l-boll fuq ix-xiri u l-bejgħ ta' propjetà.

Din l-iskema suppost tagħlaq fl-aħħar ta' din is-sena. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jinnota kif fl-aħħar jiem kellna żidiet qawwija ta' infezzjonijiet tal-Covid-19, dan wassal biex nutara u klijenti ma jlaħħqux jikkonkludu n-negozju tagħhom fil-ħin.

Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern biex jestendi din l-iskema b'mod immedjat.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla