Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-gvern biex ikun ċar dwar jekk hux se jkun qed jappoġġja t-12-il Abbozz ta’ Liġi ppreżentati mill-Oppożizzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista jisħaq li jixtieq jaħdem flimkien mal-gvern biex Malta toħroġ mill-greylist għall-ġid kollettiv tan-negozji, min iħaddem, il-ħaddiema u l-istudenti.

It-12-il Abbozz ta’ Liġi jfittxu li jagħtu lil Malta futur isbaħ billi jagħmluha post aktar sikur fejn tgħix u ġurisdizzjoni aktar serja fejn tagħmel in-negozju.

L-Abbozzi se jsaħħu l-ġurnaliżmu ħieles u s-saltna tad-dritt filwaqt li jiġġieldu l-korruzzjoni, il-kriminalità finanzjarja u l-mafja.

Il-PN jinnota l-kummenti tal-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis, li llum baqa’ ma kkommettix ruħu, anke wara sitt xhur li naqas li jippreżenta dawn ir-riformi legali hu stess – xogħol li għalih qed jitħallas minn flus il-poplu.

Jekk il-gvern bis-serjetá jrid li jaħdem flimkien għall-ġid tal-pajjiż, jaħdem mal-Oppożizzjoni biex sal-aħħar ta’ dan ix-xahar japprova dawn l-Abbozz ta’ Liġi.

-- 

The Nationalist Party calls on the government to send a clear message about whether it will support the 12 Bills presented by the Opposition.

PN stresses that it intends to work together with government to get Malta out of the greylist for the collective benefit of businesses, employers, employees, students and honest hard workers. 

The 12 Bills seek to give Malta a brighter future by making it a safer place to live and a more serious jurisdiction in which to do business.  

The Bills will strengthen free journalism and the rule of law while fighting corruption, financial crime and the mafia.

PN notes the comments of Justice Minister Edward Zammit Lewis, who remained non-committal today, even after six months of failing to present these legal reforms himself - a job he is paid by taxpayers to do.  

If the government is serious about working together for the good of the country, it will work with the Opposition to approve these Bills by the end of January.

 

11.01.2021

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt