B’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Miriam Dalli, l-Partit Nazzjonalista jtenni s-sejħa lill-Gvern biex il-Wage Supplement jiġi estiż sa mill-anqas l-aħħar ta’ Marzu. Dak li qed ikun propost mill-gvern, li l-wage supplement jiġi estiż sa Jannar imbagħad jiddiskuti, se jkun qed joħloq inċertezza fost in-negozji għaliex dawn mhux se jkunu f’pożizzjoni li jistgħu jippjanaw fit-tul. Is-sitwazzjoni tal-pandemija qed twassal biex mill-ġdid in-negozji qed jieħdu daqqa ‘l isfel u għalhekk hu iktar importanti li l-Gvern jintervjeni ħalli jsalva lin-negozji u lill-ħaddiema.  

Is-sidien tan-negozji, self-employed, il-ħaddiema u l-familji tagħhom qed jaffaċċjaw inċertezzi. Qed naraw kummerċ li qed jiġi kważi mwaqqaf, il-konsumatur qed jibża jonfoq u minkejja li dan huwa żmien li n-negozju jkun qed jistennieh, il-kummerċ kien ferm inqas milli mistenni.

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex il-flus jintefqu fejn hemm bżonn u l-Gvern ma jixxaħħaħx mal-ħaddiema Maltin u Ghawdxin.

Hi ta’ sodisfazzjon ukoll l-aħbar li l-gvern qed jikkunsidra is-sejħa li għamel il-Partit Nazzjonalista kif ukoll l-imsieħba soċjali biex jonqos l-ammont ta’ ġranet li persuna tagħmel fi kwarantina. Il-Partit Nazzjonalista jisħaq li rridu nsibu l-bilanċ bejn it-trażżin tal-virus u l-libertà biex ħajjet in-nies tkun tista' tkompli.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla