Il-Partit Nazzjonalista lbieraħ ġabar €431,847 fl-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi tas-sena

 

Il-Partit Nazzjonalista lbieraħ ġabar €431,847 fl-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi tas-sena. Dan ifisser li matul is-sena 2021, il-PN ġabar total ta’ €1,425,784 mill-Maratoni ġbir ta’ fondi li ġew organizzati. Matul din il-Maratona, eluf ta’ Maltin u Għawdxin taw l-appoġġ finanzjarju tagħhom biex pajjiżna jerġa’ jaqbad it-triq it-tajba u biex il-ħidma tkun tista’ ssir bl-aħjar mod possibbli.

Il-Partit Nazzjonalista lbieraħ nieda wkoll skema biex jinġabru fondi għall-kampanja elettorali li ġejja.  Se jinħoloq mużajk taċ-ċeramika tal-arma tal-partit grazzi għal Mediterranean Ceramics, fuq l-istess linji tal-madum ta’ suċċess tal-innu tal-partit li nbena fl-2017 qabel il-kampanja elettorali. Kull biċċa taċ-ċeramika tiswa €500 u tiġi mfakkra b’ċertifikat iffirmat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

F’intervent matul l-attività, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem fuq il-pandemija, fejn qal li hu importanti li kemm jista’ jkun nies jieħdu l-vaċċin u l-booster, li fissirhom bħala vitali biex jiġu salvati l-ħajjiet filwaqt li jippermettulna nkomplu ngħixu ħajja bl-aħjar mod normali possibbli.

Fakkar kif imn’Alla pajjiżna hu Membru Sħiħ fl-Unjoni Ewropea li stajna niksbu provvista tajba ta’ vaċċin. Min-naħa l-oħra, qal li issa hu d-dmir tal-Gvern biex jara li l-istabbilimenti tal-catering u setturi oħrajn ikunu assistiti għall-isfidi li ġab miegħu l-Covid-19.

Għaldaqstant, Bernard Grech qal li l-Gvern għandu jestendi l-Wage Supplements mill-anqas sa Marzu, partikolarment għas-setturi li għadhom qed jintlaqtu. U jekk ma jagħmilx dan, għandu almenu jikkunsidra l-proposta tal-Partit Nazzjonalista li l-VAT għar-ristoranti u s-servizzi tal-lukandi tinżel għal 7 fil-mija.

Dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, Bernard Grech qal li f’moħħ in-nies, illum ftit li xejn hemm dubju li l-Gvern hu korrott. Dan joħroġ fiċ-ċar ukoll bil-mod kif – minflok jiddedika 100 miljun ewro fuq il-kura tas-saħħa – aċċetta li jekk jitħassar il-kuntratt mal-Vitals, dawn jitħallsu lill-kumpanija barranija li qed tmexxi t-tliet sptarijiet pubbliċi.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista esprima t-tħassib tiegħu wkoll għall-mod kif is-sistema edukattiva ta’ pajjiżna qed tfalli u l-uniku mod kif Robert Abela qed iżomm il-qgħad f’livell baxx hu billi jqassam imjiegi bl-addoċċ fiċ-Ċivil.

Hu għalhekk li Gvern ġdid immexxi minnu jara li l-pagi tal-għalliema jiżdiedu biex jirriflettu r-responsabbiltà kbira ta’ xogħolhom, jirrevedi l-kurrikula, ibiddel il-ħsieb fit-tagħlim ta’ ċerti suġġetti – bħall-Istorja, il-Ġografija, l-Istudji Soċjali u l-lingwi – isaħħaħ l-apprentistat u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll isaħħaħ l-istruttura għal ambjent aktar komdu.

Bernard Grech qal li l-Partit immexxi minnu jemmen f’Parlament li għandu jilleġiżla biss biex tissaħħaħ is-soċjetà u mhux biex partit politiku joħloq diversiv fuq issues urġenti, lejlet elezzjoni ġenerali.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt