ŻOMM AĠĠORNAT:
Approvat l-ewwel grupp ta’ kandidati tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew
Il-Partit Nazzjonalista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f’Mejju tas-sena d-dieħla
Erbgħa minn dawn il-kandidati se jikkontestaw għall-ewwel darba. Il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew ġejjin minn oqsma differenti u se jkunu qed joffru għażla tajba ta’ servizz politiku lill-poplu Malti.
Il-kandidati approvati għal din l-elezzjoni huma: Peter Agius, Dione Borg, Michael Briguglio, David Casa, Roberta Metsola, Frank Psaila u Francis Zammit Dimech. Dawn il- kandidati ġew approvati mill-Kumitat Eżekuttiv fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill amministrattiv wara li sarilhom l-iskrutinju meħtieġ.
Clyde Puli
Segretarju Ġenerali
15.09.2018