Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

Fil-qalba tal-politika agrikola tagħna hemm programm ta’ appoġġ lill-bdiewa u r-raħħala tagħna li jirrikonoxxi l-impenn tagħhom u l-kontribut imprezzabbli li jagħtu lejn l-ekoloġija u l-ikel bnin f’pajjiżna.

Waħda mill-proposti tagħna hija li nintegraw is-servizzi kollha li jużaw il-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda miġburin f’one stop shop li jnaqqas ilpiż tal-burokrazija u jgħin fl-immaniġjar strateġiku tal-biedja bħal pilastru importanti tal-politika ambjentali ta’ pajjiżna.

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt