Ħbieb,

Dan hu l-mument.

Dan huwa l-mument tagħna li nagħtu lil Malta paġna ġdida biex timxi ‘l quddiem fil-paċi u l-prosperità. Jien hawn, għas-servizz tiegħek.

Mhux għax irrid il-poter, imma għax irrid inservi lill-poplu ta’ dan il-pajjiż uniku.

Il-ħolma tiegħi hija sempliċi. Irrid pajjiż li jkun kburi u li jemmen f’niesu.

Irridu ntejbu r-reputazzjoni għaliex pajjiż stmat biss jista’ jattira l-aqwa impjiegi u jagħti l-aqwa futur lil uliedna.

Irrid pajjiż li jinkoraġġixxi lill-poplu tagħna li jsiru l-aqwa li jistgħu jkunu, fejn kemm l-iktar ambizzjużi u anke l-iktar vulbnerabbli ikunu mgħejjuna jilħqu l-miri tagħhom.

Irrid pajjiż li jkun magħruf bħala post fejn kulħadd jieħu gost jgħix fih – fejn tabilħaqq nifhmu xi tfisser kwalità tal-ħajja, dik li nsibu bilanċ xieraq mal-ambjent.

Tħallu lil ħadd jgħidilkom li dan hu impossibbli. Kull kisba tidher impossibbli sakemm tintlaħaq. 

Temmnuhomx meta jgħidulkom li l-politiċi huma kollha l-istess.

Jien minix perfett. U lanqas mhu perfett il-Partit Nazzjonalista.

Imma filwaqt li ħaddieħor abbuża mill-fiduċja, seraqlek flusek u kisser isem Malta, aħna qattajna l-aħħar għaxar xnin nisimgħuk u nibnu l-viżjoni li jmiss għal dan il-pajjiż.

Aħna dejjem konna preżenti kull meta pajjiżna sejħilna – biex nibnu prosperità fit-tul u nassiguraw li ħadd ma jibqa’ lura.

Għal darb’oħra, aħna lesti li nagħtukom l-aqwa verżjoni tagħna nfusna.

Għandna pjan mill-aqwa bbażat fuq il-bżonnijiet ta’ Malta u Għawdex.

Għandna tim ta’ nies enerġetiċi u kompetenti li lkoll qegħdin fil-politika għar-raġunijiet it-tajbin.

Aħna magħqudin għal Malta. Aħna hawn għalik.Din hija l-kampanja tiegħek.

Aħna miegħek.

Aħna miegħek għal Malta.

Kun magħna.


Friends,

The moment has arrived.

This is our chance to give Malta the clean slate it needs to move forward in
peace and prosperity.

I am here, at your service. Not because I want power, but because I want to
serve the citizens of this great country.

My dream is simple. I want a country that can stand proud and empower its
people.

We need to fix our reputation because only a reputable country can attract the
best jobs and provide the brightest future to our children.

I want a country that encourages people to be the best version of themselves:
where the most ambitious and the most vulnerable are helped to fulfil their potential.

I want a country that is renowned for its liveability - where we experience the
true meaning of quality of life: living in balance with ourselves and our environment.

Don’t let anyone tell you this is impossible. Every great achievement looks im-
possible until it's done.

Don’t believe them when they say all politicians are the same.
I am not perfect, and nor is the PN.

But while others abused your trust, stole your money and destroyed Malta’s
reputation, we have spent the last 10 years listening to you and building the
next big vision for this country.

We have a track record of being there when the country needs us most: to
build long-term prosperity and make sure nobody is left behind.

Once again, we are ready to give you the best version of ourselves.

We have a great plan based on what Malta needs.

We have a team of energetic and competent people who are all in it for the
right reasons.

We are united for Malta.

And we are here for you.

This is your campaign.

We are with you.