Bernard Grech twieled Raħal Ġdid fit-8 ta’ Ġunju 1971. Miżżewweġ lil AnneMarie, għandhom żewġt itfal, Neil u Maria, u jgħixu l-Mosta.
Segwa l-edukazzjoni sekondarja u ħa l-formazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Alwigi. Iggradwa mill-Università ta’ Malta bħala avukat fl-1995.
Għal diversi snin ħadem fil-volontarjat maż-żgħażagħ, il-persuni bi bżonnijiet speċjali u l-Malta Community Chest Fund. Flimkien ma’ AnneMarie kienu jagħtu l-korsijiet lil koppji li kienu se jiżżewġu mal-Moviment ta’ Kana.
Kien ukoll l-avukat tal-Malta Football Referees Association u huwa l-President Onorarju tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru ta’ Birżebbuġa fejn għex parti minn tfulitu.
Kien ukoll visiting lecturer l-Universita’ ta’ Malta.
Bernard Grech ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista fit-3 ta' Ottubru 2020.