Segwu live d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech:

 

 

1. Żieda ta’ 25% fl-istpendji tal-professjonijiet l-aktar meħtieġa - fosthom infermiera u għalliema

Gvern ġdid Nazzjonalista mhux biss iżid l-istipendji b’10%, iżda nżidu l-istipendji tal-professjonijiet l-aktar meħtieġa – infermiera, għalliema, social workers, care workers u diversi oħrajn b’25% oħra biex nattirawhom lejn dawn il-professjonijiet.


2. Żieda sostanzjali fil-pagi tal-għalliema 

Il-Partit Nazzjonalista ser iżid b’mod sostanzjali l-pagi tal-għalliema u ser naraw ukoll li l-progress fil-karriera jkun ħafna aktar imħaffef milli huwa bħalissa fejn għalliem irid jistenna ta’ spiss 8 snin qabel jitla’ skala fil-karriera

 

3. €500 voucher għas-safar liż-zgħazagħ

Iż-żgħażagħ kollha Maltin u Għawdxin minn 16 sa 21 sena ser jingħataw voucher ta’ €500 li bih imorru btala fl-Ewropa. Dan jista’ jsir jew individwalment – għal dawk li għalqu 18-il-sena, jew inkella fi gruppi fi ħdan għaqdiet, inkluż każini, gruppi ta’ ħbieb, gruppi tal-parroċċa, gruppi fi ħdan NGO jew anke gruppi ta’ familji li jieħdu l-okkażjoni u jorganizzaw ġita flimkien.

 

4.Karozzi tal-linja kollha jaħdmu bl-elettriku sal-2025

 

5. Fond ta’ garanzija biex tixtri l-ewwel dar

Gvern ġdid Nazzjonalista joħloq fond ta’ garanzija tal-istat li jidħol biex jagħmel tajjeb għas-self tal-bank li jkopri minn 10% sa 25% tal-prezz tal-bejgħ tal-proprjetà – biżżejjed biex inkoprulek id-depożitu li bħalissa jagħmilha kważi impossibbli lil mijiet ta’ Maltin u Għawdxin li jixtru d-dar tagħhom.

 

6. Eżenzjoni sħiħa mill-VAT sa €10,000 fuq spejjeż ta’ finishing ta’ djar

Biex ngħinu koppji żgħażagħ jew anqas żgħażagħ, kif ukoll persuni separati jew divorzjati, għax din ukoll hija realtà li ma rridux ninjoraw, ser naraw ukoll li jkun hemm eżenzjoni sħiħa tal-VAT limitata sa €10,000 fuq l-ispejjeż kollha relatati mal-finishing u furnishing ta’ djar u appartamenti li jinxtraw ġebel u saqaf jew unfurnished.

 

7. Żewġ vapuri ġodda - wieħed minnhom għall-merkanzija

Ftakru li qed inħallsu minn butna €15,000 kuljum għall-vapur Nikolaus – vapur second-hand. Aħna rridu nagħtu dinjità sħiħa lill-poplu Għawdxi – dan billi ninvestu f’ żewġ vapuri ġodda.

 

8. Sptar ġdid ta’ 400 sodda f’Għawdex

 

9. Aktar ġonna u spazji miftuħa viċin darek

 

10. Nipproteġu artijiet ODZ biż-żewġ terzi tal-Parlament

 

11. Investiment organiku fil-ħiliet tal-Maltin u l-Għawdxin

 

12. Unit speċjalizzat għal riċerka tad-due diligence għal nutara, accountants u professjonisti oħrajn

Dan il-unit, barra li jkun speċjalizzat u jagħti servizz malajr, ikun jagħmel ukoll pooling tar-riżorsi b’mod li jonqsu drastikament l-ispejjeż li jridu jħallsu l-professjonisti għal kull riċerka u nkunu qegħdin immedjatament inneħħu l-piżijiet u l-qtigħ il-qalb li tfajtu fuqhom.

 

13. Riforma tal-qbiela mal-Gvern 

 

14. €14-il miljun f’bonuses lill-frontliners

Ser nagħtu bonus li jammonta għal 14-il miljun ewro li jitqassam fuq il-frontliners kollha. Dawn il-flejjes aħna nġibuhom billi nnaqqsu bin-nofs in-nefqa tal-gvern fuq il-persons of trust.

 

15. Inqas burokrazija - min jaqla' sa €60,000 ikun VAT exempt

 

16. 8 ġimgħat parental leave bi ħlas

 

17. Nestendu t-tax bracket tal-25% minn €60,000 għal 80,000

Ser nestendu l-massimu tat-tax bracket tal-25% minn €60,000 għal €80,000 b’mod li tħallilek sa €2,000 kull sena aktar fil-but tiegħek. Lil min jaħdem aħna rridu ninċentivawh u mhux nittrattawh ta' ħalliel.

 

18. VAT ta’ 7% għall-bejgħ kollu fir-ristoranti u servizzi oħra tal-lukandi

 

19. Ngħinu lill-anzjani - t-tabib tiegħek b'xejn f'darek

 

20. Investimenti f’setturi ta’ riċerka u innovazzjoni tax free sal-ewwel €1 miljun

 

21. Lump sum għal karozzi elettriċi second-hand

Li jkollok karozza elettrika m’għandux ikun privileġġ riservat għas-sinjuri, min irid jimporta karozza second-hand taħdem bl-elettriku għandu jkun jista’ jagħmel dan ukoll u jkollu l-għajnuna tal-istat pro rata jew skont il-kriterji tekniċi l-oħra.

 

22. Naqtgħu l-kuntratti tal-Electrogas

 

23. Nirrevedu immedjatament il-kuntratti ta’ Vitals u Steward

 

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt