![]() |
L-avukat Cutajar trabba u jgħix Għawdex u ilu nieqes mid-dawl sa’ mill-eta’ ta’ tlettax-il sena. Hu jaħdem fis-servizzi finanzjarji u huwa involut ukoll fil-qasam tal-volontarjat, partikolarment fil-qasam tad-diżabilta`. Kevin għen fit-twaqqif u għadu involut fil-Gozo Aid for the Visually Impaired, fil-Gozo Federation Persons with Disability u fil-Malta Guide Dogs Foundation. Hu jokkupa diversi karigi fosthom kunsillieri fil-Kunsill Lokali tax-Xagħra u viċi president tal-Kulleġġ tal-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista. |
7906 9722 |
|
|
|