![]() |
Jien ingħatajt opportunità biex inwassal messaġġ ambjentali u niggwida lill-Forza Nazzjonali f’dik id-direzzjoni permezz tal-programm elettorali li ħriġna flimkien mal-Partit Nazzjonalista. Jien insibha diffiċli nagħżel bejn il-patrimonju u l-ambjent – għandna bżonn politika sostenibbli fiż-żewġ oqsma. Jien se naħdem biex ikun hemm kollaborazzjoni akbar bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ħalli l-ilmenti tan-nies jinstemgħu, u niġġieled ukoll biex l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tissaħħaħ. Nemmen ukoll li l-NGOs għandu jkollhom vuċi akbar. Niġġieled għal soċjetà trasparenti, onesta u magħquda. Vot għall-Forza Nazzjonali jfisser vot għal bidla vera f’Malta. |
- |
|
|
|
|
|
|