Ir-Rapport tal Inkjesta ippublikat illum hu konferma tas-sitwazzjoni diżastruża fil- Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Wara li għal snin sħah l-Ministru Byron Camilleri ddefenda sistema ta’ detenzjoni li waslet għal rekord ta imwiet fil-ħabs, Illum kellna konferma ta dak kollu li ilha tisħaq fuqu l-oppożizzjoni. L-inkjesta kkonfermat illi il-proċessi neċessarji għal riabilitazzjoni tar-residenti fil-ħabs falla .

L-inkjetsa kkonfermat li ma sar ebda investiment serju tul is-snin sabiex tiġi indirizzata il-problema ta affullament fil-ħabs.

Listess inkjesta kkundannat is-sistema ta’ tmexxija awtoritarja li kissret il-moral tal-gwardjani tal-ħabs u kull min jaħdem fil-ħabs.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ilu xhur twal li sejjaħ għat-tkeċċija tad-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli, madankollu għadda dan iż-żmien kollu, mietu ammont ta’ nies u baqa’ ma sar xejn.

Illum il-Minstru Byron Camilleri għandu f’ħoġru rapport ta’ inkjesta li jikkundanna bl-aktar mod assolut il-mod kif taħtu tmexxa il-ħabs. Għal dan il-falliment huwa responsabbli politikament il-Ministru Byron Camiller - Il-persuna li taħt l-awtoritá tagħha seħħ dan il-kollass totali.

L-unika triq li għandu quddiemu il-Ministru Byron Camilleri huwa li jitlob apoloġija għall-mod kif għatta l-abbuż, iddefenda l-ħażin u rreaġixxa biss meta s-sitwazzjoni ħarbet min idejh. Għal din ir-raġuni Robert Abela għandu b’mod immedjat ineħħi lill-Ministru Byron Camilleri mill-kariga ta Ministru.

 

Beppe Fenech Adami

Kelliem għall-Intern,

is-Sigurtà Nazzjonali

u ċ-Ċittadinanza

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla