ŻOMM AĠĠORNAT:
Charles Miceli ħadem bla heda għall-persuni vulnerabbli
Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Charles Miceli hekk kif tħabbret il-mewt tiegħu aktar kmieni llum.
Charles Miceli ħadem favur il-persuni l-aktar vulnerabbli u dawk li jgħixu fil-faqar b’mod speċjali permezz tal-Alleanza kontra l-Faqar, li hu waqqaf. Huwa kien ukoll attiv fil- kwistjoni taż-żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet tal-propjetà u attiv ukoll f’setturi oħra fost mal- Caritas.
Charles Miceli kien raġel ta’ prinċipji sodi li għalih l-ikbar interess dejjem kien il-fqir u l- batut qabel kull interess politiku.
Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lil martu Pauline, uliedu u l-familja kollha tiegħu.
09.03.2018