Il-ħatra ta’ Clifton Grima bħala Ministru tal-edukazzjoni ma jagħlaqx il-każ ta’ Justyne Caruana. Dan il-każ għad għandu ħafna truf li għadhom ma ġewx indirizzati minn Robert Abela.

Għad hemm ukoll s-sejħa tal-Kummissarju għall-Istandards għal Investigazzjoni Kriminali pendenti.

F’dan l-iskandlu tal-Ministeru hemm implikat ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri, li minkejja r-rapport, għadu fil-kariga li kien qed jokkupa fi żmien Justyne Caruana. Il-Partit Nazzjonalista jesiġi li s-Segretarji Permanenti fis-servizz pubbliku għandhom kollha jaqdu dmirhom sabiex jissalvagwardjaw l-interess tas-settur mill-aġir abbuziv tal-ministri u mhux biex jgħattu l-abbuż.

Infakkru wkoll li fi ħdanu wkoll l-Gvern ta’ Robert Abela għandu deputat li qed tieħu passi kontra l-gvern fuq liġi li daħħal Gvern Laburista u li hi kienet ivvotat favuriha

Is-settur edukattiv għad għandu fuqu dell ikrah, settur li għadda minn ħafna tant li dan hu t-tielet ministru f’din il-leġiżlatura. L-edukazzjoni ta’ uliedna jixirqilha ferm aħjar.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla